Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntement ma’ oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta’ dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, klijenti jew klijenti eventwali.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jaġixxu, meta jivvalutaw jekk żewġ impriżi jew aktar humiex f’pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, skont il-liġi tal-Unjoni u jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.