+Artikolu 63 Impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.

Artikolu 63 Impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.
Fejn din id-Direttiva tirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jistabbilixxu jekk impriżi jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 67, il-paragrafu 2 ta’ dan Artikolu għandu japplika.
Artikolu 63 2.

Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntement ma’ oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta’ dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, klijenti jew klijenti eventwali.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jaġixxu, meta jivvalutaw jekk żewġ impriżi jew aktar humiex f’pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, skont il-liġi tal-Unjoni u jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.

Artikolu 63 3.
Fejn impriża jkollha saħħa sinifikanti f’suq speċifiku, tista’ wkoll tiġi deżinjata bħala li għandha tali saħħa f’suq ieħor li jkun relatat mill-qrib, fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq jippermettu li s-saħħa fis-suq speċifiku tagħti l-effett ta’ leverage fis-suq relatat mill-qrib, biex b’hekk tissaħħaħ is-saħħa tal-impriża fis-suq. Konsegwentement, jistgħu jiġu applikati rimedji mmirati biex jimpedixxu tali leverage fis-suq relatat mill-qrib skont l-Artikoli 69, 70, 71 u 74.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.