+Artikolu 64 Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
|
Artikolu 64 Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
Wara l-konsultazzjoni pubblika inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni, għandha tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti (’ir-Rakkomandazzjoni’). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta’ prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f’din id-Direttiva, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu definiti f’każijiet speċifiċi skont id-dritt tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinkludi s-swieq tal-prodotti u tas-servizzi fir-Rakkomandazzjoni fejn, wara li tosserva x-xejriet globali fl-Unjoni, ssib li kull wieħed mit-tliet kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1) ġie sodisfatt.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rakkomandazzjoni sal-21 ta’ Diċembru 2020 u regolarment sussegwentementi.
|
|
Artikolu 64 2.
|
Wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq (“il-linji gwida SMP”) li għandhom ikunu skont il-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-linji gwida SMPgħandhom jinkludu gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq għall-kuntest speċifiku ta’ regolamentazzjoni ex ante tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’kont meħud tat-tliet kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1).
|
|
Artikolu 64 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu, wara li jittieħed kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u tal-linji gwida SMP, is-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju tagħhom billi jittieħed kont, fost l-oħrajn, tal-livell ta’ kompetizzjoni fil-livell tal-infrastruttura f’dawk iż-żoni, skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fejn rilevanti, jieħdu kont ukoll tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont l-Artikolu 22(1). Huma għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|