Awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skont l-Artikolu 68, timponi obbligi għas-separazzjoni tal-kontabbiltà b’relazzjoni ma’ attivitajiet speċifikati relatati mal-interkonnessjoni jew l-aċċess.
B’mod partikolari, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirrikjedi li impriża integrata vertikalment tagħmel trasparenti l-prezzijiet bl-ingrossa tagħha u l-prezzijiet tat-trasferimenti interni tagħha fost l-oħrajn biex fost l-oħrajn tiżgura l-konformità fejn ikun hemm obbligu ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 70 jew, fejn meħtieġ, biex jiġi evitat sussidju reċiproku inġust. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw.