|
+Artikolu 73 2. |
Artikolu 73 2.Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw l-adegwatezza tal-impożizzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi possibbli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari, fejn huma jkunu jivvalutaw, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk għandhomx ikunu imposti tali obbligi u kif, għandhom janalizzaw jekk forom oħra tal-aċċess għall-inputs bl-ingrossa fl-istess suq bl-ingrossa jew ieħor relatat, humiex ser ikunu biżżejjed biex tiġi indirizzata l-problema identifikata fl-interessi tal-utenti finali. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi offerti ta’ aċċess kummerċjali, aċċess regolat skont l-Artikolu 61, jew aċċess regolat eżistenti jew ippjanat għal inputs bl-ingrossa oħra skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont b’ mod partikolari tal-fatturi li ġejjin:
(a)
il-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-użu jew tal-istallazzjoni ta’ faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq, b’kont meħud tan-natura u t-tip ta’ interkonnessjoni jew aċċess involuti, inkluż il-vijabbiltà ta’ prodotti oħra tal-aċċess upstream bħall-aċċess għall-kanali;
(b)
l-evoluzzjoni teknoloġika mistennija li taffettwa t-tfassil u l-ġestjoni tan-netwerk;
(c)
il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità tat-teknoloġija li tippermetti lill-partijiet ifasslu u jimmaniġġjaw in-netwerk tagħhom stess;
(d)
il-fattibbiltà tal-forniment tal-aċċess propost, b’relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;
(e)
l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, b’kont meħud ta’ kwalunkwe investiment pubbliku li jkun sar u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment fir-rigward b’mod partikolari tal-investimenti fin-netwerks b’kapaċità kbira ħafna u l-livelli ta’ riskju assoċjati magħhom;
(f)
il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq terminu twil, b’attenzjoni partikolari lejn il-kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura li tkun ekonomikament effiċjenti u l-mudelli kummerċjali innovattivi li jappoġġaw il-kompetizzjoni sostenibbli, bħal dawk ibbażati fuq koinvestiment fin-netwerks;
(g)
fejn xieraq, kull drittijiet rilevanti ta’ proprjetà intellettwali;
(h)
il-forniment ta’ servizzi pan-Ewropej. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra, skont l-Artikolu 68, timponi obbligi abbażi tal-Artikolu 72 jew ta’ dan l-Artikolu, hija għandha teżamina jekk l-impożizzjoni waħedha ta’ obbligi skont l-Artikolu 72 tkunx mezz proporzjonat biex jiġu promossi l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|