+Artikolu 73 Obbligi ta’ aċċess għal, u użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.

Artikolu 73 Obbligi ta’ aċċess għal, u użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1.

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68, obbligi fuq impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, f’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jkunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli, u li ma jkunux fl-interess tal-utent finali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-impriżi, fost l-oħrajn:

(a) 

jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal, u l-użu ta’, elementi fiżiċi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, skont kif xieraq, inkluż aċċess diżassoċjat għal-linja u s-sub-linja lokali;

(b) 

jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u servizzi tan-netwerks, attivi jew virtwali, speċifiċi;

(c) 

jinnegozjaw bona fide ma’ impriżi li jitolbu l-aċċess;

(d) 

ma jirtirawx aċċess diġà mogħti għal faċilitajiet;

(e) 

jipprovdu servizzi speċifiċi bl-ingrossa biex jinbiegħu mill-ġdid minn partijiet terzi;

(f) 

jagħtu aċċess miftuħ lill-interfaċċi tekniċi, protokolli jew teknoloġiji oħra prinċipali li huma indispensabbli għall-interoperabbiltà tas-servizzi jew għas-servizzi tan-netwerks virtwali;

(g) 

jipprovdu l-kolokalizzazzjoni jew forom oħra ta’ użu komuni tal-faċilitajiet assoċjati;

(h) 

jipprovdu s-servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi minn tarf sa tarf lill-utenti, jew tar-roaming fuq netwerks mobbli;

(i) 

jipprovdu aċċess għal sistemi ta’ sostenn operazzjonali jew sistemi simili ta’ softwer li hu meħtieġ biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi;

(j) 

jagħmlu interkonnessjoni ma’ netwerks jew faċilitajiet tan-netwerks;

(k) 

jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħalma huma servizzi tal-identità, il-lok u l-preżenza.

Ma’ dawk l-obbligi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu kondizzjonijiet li jkopru l-ekwità, r-raġonevolezza u l-puntwalità.

Artikolu 73 2.

Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw l-adegwatezza tal-impożizzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi possibbli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari, fejn huma jkunu jivvalutaw, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk għandhomx ikunu imposti tali obbligi u kif, għandhom janalizzaw jekk forom oħra tal-aċċess għall-inputs bl-ingrossa fl-istess suq bl-ingrossa jew ieħor relatat, humiex ser ikunu biżżejjed biex tiġi indirizzata l-problema identifikata fl-interessi tal-utenti finali. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi offerti ta’ aċċess kummerċjali, aċċess regolat skont l-Artikolu 61, jew aċċess regolat eżistenti jew ippjanat għal inputs bl-ingrossa oħra skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont b’ mod partikolari tal-fatturi li ġejjin:

(a) 

il-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-użu jew tal-istallazzjoni ta’ faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq, b’kont meħud tan-natura u t-tip ta’ interkonnessjoni jew aċċess involuti, inkluż il-vijabbiltà ta’ prodotti oħra tal-aċċess upstream bħall-aċċess għall-kanali;

(b) 

l-evoluzzjoni teknoloġika mistennija li taffettwa t-tfassil u l-ġestjoni tan-netwerk;

(c) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità tat-teknoloġija li tippermetti lill-partijiet ifasslu u jimmaniġġjaw in-netwerk tagħhom stess;

(d) 

il-fattibbiltà tal-forniment tal-aċċess propost, b’relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;

(e) 

l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, b’kont meħud ta’ kwalunkwe investiment pubbliku li jkun sar u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment fir-rigward b’mod partikolari tal-investimenti fin-netwerks b’kapaċità kbira ħafna u l-livelli ta’ riskju assoċjati magħhom;

(f) 

il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq terminu twil, b’attenzjoni partikolari lejn il-kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura li tkun ekonomikament effiċjenti u l-mudelli kummerċjali innovattivi li jappoġġaw il-kompetizzjoni sostenibbli, bħal dawk ibbażati fuq koinvestiment fin-netwerks;

(g) 

fejn xieraq, kull drittijiet rilevanti ta’ proprjetà intellettwali;

(h) 

il-forniment ta’ servizzi pan-Ewropej.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra, skont l-Artikolu 68, timponi obbligi abbażi tal-Artikolu 72 jew ta’ dan l-Artikolu, hija għandha teżamina jekk l-impożizzjoni waħedha ta’ obbligi skont l-Artikolu 72 tkunx mezz proporzjonat biex jiġu promossi l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali.

Artikolu 73 3.
Meta jimponu obbligi fuq impriża biex jipprovdi l-aċċess skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tekniċi jew operazzjonali li jridu jkunu sodisfatti mill-fornituri jew mill-benefiċjarji ta’ dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-netwerk. Meta jkun hemm obbligi li jridu jiġu segwiti xi standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi speċifiċi, dawn għandhom ikunu konformi mal-istandards u mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.