|
+Artikolu 77 2. |
Artikolu 77 2.Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha timponi obbligu ta’ separazzjoni funzjonali, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:
(a)
provi li jiġġustifikaw il-konklużjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(b)
valutazzjoni raġunata li tikkonkludi li f’perijodu raġonevoli, il-prospett ta’ kompetizzjoni ibbażata fuq l-infrastruttura huwa ineżistenti jew limitat;
(c)
analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja nazzjonali, fuq l-impriża, b’mod partikolari fuq il-ħaddiema tal-impriża separata, u fuq is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollu kemm hu, u fuq inċentivi għall-investiment fih, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali u territorjali, u fuq partijiet ikkonċernati oħra, inkluż, b’mod partikolari, l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni u kwalunkwe effett riżultanti potenzjali fuq il-konsumaturi;
(d)
analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni jew fallimenti tas-swieq li jkunu identifikati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|