+Artikolu 77 Separazzjoni funzjonali
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
---+Artikolu 77 4.

Artikolu 77 Separazzjoni funzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.

Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi adatti imposti skont l-Artikoli 69 sa 74 jkunu naqsu milli jiksbu kompetizzjoni effettiva u li hemm problemi ta’ kompetizzjoni jew fallimenti fis-suq li huma importanti u persistenti identifikati fir-rigward tal-provvista bl-ingrossa ta’ ċerti swieq ta’ prodotti ta’ aċċess, hija tista’ timponi, fuq bażi eċċezzjonali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(3), obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista bl-ingrossa ta’ dawn il-prodotti ta’ aċċess f’entità ta’ negozju li topera b’mod indipendenti.

Dik l-entità ta’ negozju għandha tipprovdi l-prodotti u s-servizzi ta’ aċċess lill-impriżi kollha, inkluż entitajiet ta’ negozju oħrajn fi ħdan il-kumpannija prinċipali (parent company), fl-istess perijodi ta’ żmien, bl-istess termini u kondizzjonijiet, inkluż dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta’ servizz, u permezz tal-istess sistemi u proċessi.

Artikolu 77 2.

Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha timponi obbligu ta’ separazzjoni funzjonali, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:

(a) 

provi li jiġġustifikaw il-konklużjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

valutazzjoni raġunata li tikkonkludi li f’perijodu raġonevoli, il-prospett ta’ kompetizzjoni ibbażata fuq l-infrastruttura huwa ineżistenti jew limitat;

(c) 

analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja nazzjonali, fuq l-impriża, b’mod partikolari fuq il-ħaddiema tal-impriża separata, u fuq is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollu kemm hu, u fuq inċentivi għall-investiment fih, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali u territorjali, u fuq partijiet ikkonċernati oħra, inkluż, b’mod partikolari, l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni u kwalunkwe effett riżultanti potenzjali fuq il-konsumaturi;

(d) 

analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni jew fallimenti tas-swieq li jkunu identifikati.

Artikolu 77 3.

L-abbozz ta’ miżura għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-natura preċiża u l-livell ta’ separazzjoni, waqt li jispeċifika b’mod partikolari l-istatus ġuridiku tal-entità ta’ negozju separata;

(b) 

identifikazzjoni tal-assi tal-entità ta’ negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti minn din l-entità;

(c) 

l-arranġamenti ta’ governanza biex tkun żgurata l-indipendenza tal-impjegati tal-entità ta’ negozju separata, u l-istruttura ta’ inċentivi korrispondenti;

(d) 

ir-regoli biex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi;

(e) 

ir-regoli biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b’mod partikolari lejn partijiet involuti oħrajn;

(f) 

il-programm ta’ monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluż il-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali.

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 68(3) dwar dak l-abbozz ta’ miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-netwerk tal-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67. Abbażi ta’ dik l-analiżi, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 23 u 32.

Artikolu 77 4.
Impriża li fuqha kienet imposta s-separazzjoni funzjonali tista’ tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 69 sa 74 fi kwalunkwe suq speċifiku fejn hija tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 67, jew kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.