+Artikolu 80 Impriżi bl-ingrossa biss
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.
---+Artikolu 80 4.
---+Artikolu 80 5.

Artikolu 80 Impriżi bl-ingrossa biss

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1.

Awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeżinja impriża nieqsa mis-swieq tal-bejgħ bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti f’wieħed jew f’diversi swieq bl-ingrossa skont l-Artikolu 67, għandha tikkunsidra jekk dik l-impriża għandhiex il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

il-kumpaniji kollha u l-unitajiet tan-negozju kollha fi ħdan l-impriża, il-kumpaniji kollha li huma kkontrollati, iżda mhux neċessarjament jappartjenu kollha kemm huma għall-istess sid finali, u kwalunkwe azzjonist li kapaċi jeżerċita l-kontroll fuq l-impriża, li għandhom biss attivitajiet, bħalissa u ppjanati għall-futur, fis-swieq bl-ingrossa għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u għalhekk ma għandhomx attivitajiet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika provduti lill-utenti finali fl-Unjoni;

(b) 

l-impriża mhix marbuta tittratta ma’ impriża unika u separata li topera downstream u li tkun attiva f’xi suq tal-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pprovduti lill-utenti finali privati jew kummerċjali, minħabba ftehim esklussiv, jew ftehim li de facto jammonta għal ftehim esklussiv.

Artikolu 80 2.
Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma sodisfatti, din tista’ timponi biss fuq dik l-impriża obbligi li jkunu konformi mal-Artikoli 70 u 73 jew relattivi għal pprezzar ġust u raġonevoli jekk dan ikun ġustifikat abbażi ta’ analiżi tas-suq inkluża valutazzjoni prospettiva tal-imġiba probabbli tal-impriża deżinjata bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.
Artikolu 80 3.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dak l-Artikolu fi kwalunkwe ħin jekk tikkonkludi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx sodisfatti u għandha, skont kif ikun xieraq, tapplika l-Artikoli 67 sa 74. L-impriżi għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi, li tkun rilevanti għall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 80 4.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha wkoll tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dan l-Artikolu jekk, abbażi ta’ evidenza tat-termini u l-kondizzjonijiet offerti mill-impriża lill-klijenti downstream tagħha, l-awtorità tikkonkludi li nqalgħu, jew li x’aktarx jinqalgħu, problemi tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-utenti finali li jkunu jeħtieġu l-impożizzjoni ta’ obbligu wieħed jew aktar minn dawk previsti fl-Artikolu 69, 71, 72 jew 74, jew l-emendar tal-obbligi imposti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 80 5.
L-impożizzjoni tal-obbligi u r-rieżami tagħhom skont dan l-Artikolu għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.