|
+Artikolu 80 1. |
Artikolu 80 1.Awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeżinja impriża nieqsa mis-swieq tal-bejgħ bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti f’wieħed jew f’diversi swieq bl-ingrossa skont l-Artikolu 67, għandha tikkunsidra jekk dik l-impriża għandhiex il-karatteristiċi li ġejjin:
(a)
il-kumpaniji kollha u l-unitajiet tan-negozju kollha fi ħdan l-impriża, il-kumpaniji kollha li huma kkontrollati, iżda mhux neċessarjament jappartjenu kollha kemm huma għall-istess sid finali, u kwalunkwe azzjonist li kapaċi jeżerċita l-kontroll fuq l-impriża, li għandhom biss attivitajiet, bħalissa u ppjanati għall-futur, fis-swieq bl-ingrossa għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u għalhekk ma għandhomx attivitajiet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika provduti lill-utenti finali fl-Unjoni;
(b)
l-impriża mhix marbuta tittratta ma’ impriża unika u separata li topera downstream u li tkun attiva f’xi suq tal-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pprovduti lill-utenti finali privati jew kummerċjali, minħabba ftehim esklussiv, jew ftehim li de facto jammonta għal ftehim esklussiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|