+Artikolu 83 Kontroll regolatorju fuq servizzi bl-imnut
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
---+Artikolu 83 4.
|
Artikolu 83 Kontroll regolatorju fuq servizzi bl-imnut
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 83 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi regolatorji xierqa fuq impriżi li jkunu ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti f’suq bl-imnut partikolari skont l-Artikolu 63, fejn:
(a)
bħala riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 67, awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li suq bl-imnut partikolari identifikat f’konformità mal-Artikolu 64 mhuwiex effettivament kompetittiv; u
(b)
l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti taħt l-Artikoli 69 sa 74 ma jkunux ser jirriżultaw fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 83 2.
|
L-obbligi imposti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata u għandhom ikunu proporzjonati u ġustifikati fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-obbligi imposti jistgħu jinkludu rekwiżiti li l-impriżi deżinjati ma jimponux prezzijiet eċċessivi, ifixklu d-dħul fis-suq jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni billi jiffissaw prezzijiet predatorji, juri preferenza mhux dovuta għal utenti finali speċifiċi jew jirraggruppaw servizzi b’mod mhux raġonevoli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu japplikaw għal tali impriżi miżuri xierqa ta’ limitu għall-prezz bl-imnut, miżuri biex jikkontrollaw tariffi individwali, jew miżuri biex jorjentaw tariffi lejn l-ispejjeż jew prezzijiet fi swieq komparabbli, sabiex jipproteġu l-interessi tal-utent finali filwaqt li jippromwovu kompetizzjoni effettiva.
|
|
Artikolu 83 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, fejn impriża tkun soġġetta għar-regolazzjoni tat-tariffa bl-imnut jew kontrolli oħra rilevanti tal-imnut, jiġu implimentati s-sistemi meħtieġa u xierqa ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw. Il-konformità mas-sistema ta’ kontabilità tal-ispejjeż għandha tiġi verifikata minn korp kwalifikat indipendenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità tiġi ppubblikata kull sena.
|
|
Artikolu 83 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85 u 88, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx japplikaw mekkaniżmi ta’ kontroll tal-imnut taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil swieq ġeografiċi jew swieq tal-imnut fejn ikunu sodisfatti li jkun hemm kompetizzjoni effettiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|