+Artikolu 85 2.

Artikolu 85 2.

Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu li, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali, il-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1) ma jkunux affordabbli, għaliex il-konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għal tali servizzi, huma għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw l-affordabbiltà għal tali konsumaturi ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi minn tal-anqas f’post fiss.

Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li jingħata appoġġ lil tali konsumaturi għal finijiet ta’ komunikazzjoni jew jeżiġu li l-fornituri ta’ dawk is-servizzi joffru lil dawk il-konsumaturi għażliet alternattivi jew pakketti ta’ tariffi li jkunu differenti minn dawk ipprovduti taħt kondizzjonijiet kummerċjali normali, jew it-tnejn. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li dawk il-fornituri japplikaw tariffi komuni, inkluż medjar ġeografiku fit-territorju kollu.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fejn l-impożizzjoni ta’ obbligi taħt it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fuq il-fornituri kollha tirriżulta f’piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv ippruvat għall-fornituri jew għall-Istat Membru, Stat Membru jista’, eċċezzjonalment, jiddeċiedi li jimponi l-obbligu li jiġu offruti dawk l-għażliet tariffarji jew pakketti speċifiċi fuq impriżi deżinjati biss. L-Artikolu 86 għandu japplika għal tali deżinjazzjonijiet mutatis mutandis. Fejn Stat Membru jiddeżinja impriżi, għandu jiżgura li l-konsumaturi kollha li jkollhom qligħ baxx jew bżonnijiet soċjali speċjali jgawdu minn għażla ta’ impriżi li joffru alternattivi tariffarji li jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom, ħlief jekk ikun impossibbli tali għażla tkun żgurata jew jekk dan ikun joħloq piż organizzattiv jew finanzjarju addizzjonali li jkun eċċessiv.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi intitolati għal tali għażliet -alternattivi jew pakketti ta’ tariffi jkollhom dritt li jikkonkludu kuntratt jew ma’ fornitur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1), jew ma’ impriża deżinjata f’konformità ma’ dan il-paragrafu, u li n-numru tagħhom jibqa’ disponibbli għalihom għal perijodu adegwat u li jkun evitat il-qtugħ mhux ġustifikat tas-servizz.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.