|
+Artikolu 87 L-istatus tas-servizz universali eżistenti |
Artikolu 87 L-istatus tas-servizz universali eżistentiArtikolu 87 L-istatus tas-servizz universali eżistenti L-Istati Membri jistgħu jkomplu jiżguraw id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ servizzi oħra għajr is-servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss li kienu fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2018, jekk jiġi stabbilit li hemm bżonn ta’ tali servizzi fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali. Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw impriżi f’parti tat-territorju nazzjonali jew fit-territorju nazzjonali kollu għall-forniment ta’ dawk is-servizzi, għandu japplika l-Artikolu 86. Il-finanzjament ta’ dawk l-obbligi għandu jikkonforma mal-Artikolu 90. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-obbligi imposti skont dan l-Artikolu sal-21 ta’ Diċembru 2021, u sussegwentement kull tliet snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|