+Artikolu 89 L-ispejjeż ta’ obbligi ta’ servizz universali
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.

Artikolu 89 L-ispejjeż ta’ obbligi ta’ servizz universali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 89 1.

Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li forniment ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit fl-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi kif stabbilit fl-Artikoli 84, 85 u 86 jew il-kontinwazzjoni tas-servizz universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 87 jista’ jfisser piż inġust fuq il-fornituri ta’ tali servizzi li jitolbu kumpens, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż netti ta’ tali forniment.

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom:

(a) 

jikkalkulaw l-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali, waqt li jqisu kull benefiċċju tas-suq li jakkrexxi għal fornitur ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi kif stabbilit fl-Artikoli 84, 85 u 86 jew il-kontinwazzjoni tas-servizz universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 87, skont l-Anness VII; jew

(b) 

jagħmlu użu mill-ispejjeż netti għall-forniment tas-servizz universali identifikat mill-mekkaniżmu magħżul skont l-Artikolu 86(4).

Artikolu 89 2.
Il-kontabilità u informazzjoni oħra li jservu bħala bażi għall-kalkolu tal-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu awditjati jew verifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-partijiet rilevanti u approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Ir-riżultat tal-kalkolu tal-ispejjeż u l-konklużjonijiet tal-verifika għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.