+Artikolu 94 Proċedura għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
---+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 94 5.
---+Artikolu 94 6.
---+Artikolu 94 7.
|
Artikolu 94 Proċedura għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 94 1.
|
Fejn ikun meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali tal-użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, fuq talba, lil kull impriża għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika koperti b’awtorizzazzjoni ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 12, soġġett għall-Artikolu 13 u għall-punt (c) tal-Artikolu 21(1) u għal kull regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi tan-numerazzjoni skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 94 2.
|
Id-drittijiet ta’ użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali.
Meta jagħtu d-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet.
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni għal perijodu limitat, id-durata ta’ dak il-perijodu għandha tkun adattata għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-objettiv segwit, u jitqies b’mod xieraq il-bżonn li jkun hemm lok għal perijodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta’ investiment.
|
|
Artikolu 94 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara r-riċezzjoni tal-applikazzjoni kompluta u fi żmien tliet ġimgħat fil-każ tar-riżorsi tan-numerazzjoni li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi fil-pjan nazzjonali għan-numerazzjoni. Tali deċiżjonijiet għandhom isiru pubbliċi.
|
|
Artikolu 94 4.
|
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ikunu ddeterminaw, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 23, li d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni ta’ valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta’ proċeduri ta’ għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jestendu l-perijodu ta’ tliet ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu b’mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra.
|
|
Artikolu 94 5.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ma għandhomx jillimitaw l-għadd ta’ drittijiet individwali tal-użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-riżorsi tan-numerazzjoni.
|
|
Artikolu 94 6.
|
Fejn id-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu jinkludi l-użu extraterritorjali tagħhom fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 93(4), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jehmżu ma’ dawk id-drittijiet ta’ użu kondizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw konformità mar-regoli nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumaturi u mal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli fl-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni.
Fuq talba minn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru fejn jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni, li turi li nkisru regoli rilevanti tal-protezzjoni tal-konsumatur jew liġijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru relatati mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istat Membru fejn ikunu ngħataw id-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni għandhom jinfurzaw il-kondizzjonijiet mehmuża taħt l-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 30, inkluż f’każijiet serji billi jirtiraw id-dritt tal-użu extraterritorjali għar-riżorsi tan-numerazzjoni mogħtija lill-impriża kkonċernata.
Il-BEREC għandu jiffaċilita u jikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti involuti, u għandu jiżgura l-koordinazzjoni xierqa tal-ħidma bejniethom.
|
|
Artikolu 94 7.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi għajr lill-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 93(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|