+Artikolu 103 It-trasparenza, it-tqabbil tal-offerti u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni
---+Artikolu 103 1.
---+Artikolu 103 2.
---+Artikolu 103 3.
---+Artikolu 103 4.

Artikolu 103 It-trasparenza, it-tqabbil tal-offerti u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 103 1.
L-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament jagħmlu l-forniment ta’ dawk is-servizzi soġġett għal termini u kondizzjonijiet, l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX tiġi ppubblikata b’mod ċar, li jinftiehem, u jista’ jinqara minn magna u f’format aċċessibbli għal utenti finali b’diżabbiltajiet skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi, minn dawk il-fornituri kollha, jew mill-awtorità kompetenti stess f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità nazzjonali rilevanti. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment. L-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma kif għandha tiġi ppubblikata din l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, meta tintalab, lill-awtorità kompetenti u, fejn rilevanti, lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi pubblikata.
Artikolu 103 2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess bla ħlas għal mill-inqas għodda għat-tqabbil indipendenti waħda li tippermettilhom iqabblu u jevalwaw servizzi differenti ta’ aċċess għall-internet u servizzi differenti ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament, u, fejn applikabbli, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u disponibbli pubblikament, fir-rigward ta’:

(a) 

il-prezzijiet u t-tariffi tas-servizzi pprovduti bi ħlas dirett ta’ flus li jkun rikorrenti jew ibbażat fuq il-konsum, u

(b) 

il-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz, fejn ikun offrut livell minimu tal-kwalità tas-servizz jew fejn l-impriża tkun meħtieġa li tippubblika tali informazzjoni skont l-Artikolu 104.

Artikolu 103 3.

L-għodda tat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 2 għandha:

(a) 

topera b’mod indipendenti mill-fornituri ta’ tali servizzi, u b’hekk tiżgura li dawk is-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;

(b) 

tiżvela b’mod ċar is-sidien u l-operaturi tal-għodda ta’ tqabbil;

(c) 

tistabbilixxi kriterji oġġettivi u ċari li fuqhom għandu jistrieħ it-tqabbil;

(d) 

tuża lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu;

(e) 

tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

(f) 

tkun miftuħa għal kwalunkwe fornitur ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti, u tinkludi firxa wiesgħa ta’ offerti li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara għal dan, qabel ma jintwerew ir-riżultati;

(g) 

tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta’ informazzjoni żbaljata;

(h) 

tinkludi l-possibbiltà li jitqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz bejn l-offerti disponibbli għall-konsumaturi u, jekk ikun meħtieġ mill-Istati Membri, bejn dawk l-offerti u l-offerti standard disponibbli pubblikament għal utenti finali oħra.

Fuq talba tal-fornitur tal-għodda, l-għodod tat-tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (h) għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw, mingħajr ħlas, u f’formati ta’ data miftuħa, l-informazzjoni ppubblikata mill-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi disponibbli għall-pubbliku ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, għall-finijiet li dawn l-għodod tat-tqabbil indipendenti jsiru disponibbli.

Artikolu 103 4.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, jew it-tnejn, iqassmu informazzjoni ta’ interess pubbliku bla ħlas lill-utenti finali eżistenti u ġodda, meta dan ikun xieraq, bil-mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F’dak il-każ, din l-informazzjoni ta’ interess pubbliku għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti b’format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti li ġejjin:

(a) 

l-aktar użi komuni tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament biex wieħed jidħol f’attivitajiet illegali jew biex wieħed ixerred kontenut dannuż, b’mod partikolari meta dan ikun jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; u

(b) 

il-mezzi ta’ protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali meta wieħed juża s-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.