Artikolu 98
Eżenzjoni ta’ ċerti impriżi mikro
Dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 99 u 100, ma japplikax għall-impriżi mikro li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm ma jipprovdux ukoll servizzi oħra tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu infurmati dwar eżenzjoni taħt l-ewwel paragrafu qabel ma jikkonkludu kuntratt ma’ impriża mikro li tibbenefika minn tali eżenzjoni.