+Artikolu 105 1.

Artikolu 105 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ma jkunux diżinċentiv għall-bdil tal-fornitur tas-servizz u li l-kuntratti konklużi bejn konsumaturi u fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għajr servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u, għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, ma jagħtux mandat għal perijodu ta’ impenn li jkun itwal minn 24 xahar. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jitolbu perijodi massimi iqsar ta’ impenn kuntrattwali.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-durata ta’ kuntratti li jitħallsu ratealment meta l-konsumatur ikun ftiehem b’kuntratt separat li jħallas ratealmentesklużivament għall-introduzzjoni ta’ konnessjoni fiżika, b’mod partikolari għal netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna. Kuntratti li jitħallsu ratealment għall-introduzzjoni ta’ konnessjoni fiżika ma għandhomx jinkludu tagħmir terminali, bħal router jew modem, u ma għandhomx iżommu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.