+Artikolu 105 It-tul u t-terminazzjoni tal-kuntratt
---+Artikolu 105 1.
---+Artikolu 105 2.
---+Artikolu 105 3.
---+Artikolu 105 4.
---+Artikolu 105 5.
---+Artikolu 105 6.
---+Artikolu 105 7.
|
Artikolu 105 It-tul u t-terminazzjoni tal-kuntratt
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 105 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ma jkunux diżinċentiv għall-bdil tal-fornitur tas-servizz u li l-kuntratti konklużi bejn konsumaturi u fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għajr servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u, għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, ma jagħtux mandat għal perijodu ta’ impenn li jkun itwal minn 24 xahar. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jitolbu perijodi massimi iqsar ta’ impenn kuntrattwali.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-durata ta’ kuntratti li jitħallsu ratealment meta l-konsumatur ikun ftiehem b’kuntratt separat li jħallas ratealmentesklużivament għall-introduzzjoni ta’ konnessjoni fiżika, b’mod partikolari għal netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna. Kuntratti li jitħallsu ratealment għall-introduzzjoni ta’ konnessjoni fiżika ma għandhomx jinkludu tagħmir terminali, bħal router jew modem, u ma għandhomx iżommu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 105 2.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għall-utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal dawk id-dispożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 105 3.
|
Fejn kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu għal prolungament awtomatiku ta’ durata fissa għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara tali prolungament, l-utenti finali jkunu intitolati li jtemmu l-kuntratt fi kwalunkwe mument b’perijodu massimu ta’ notifika ta’ xahar, kif determinat mill-Istati Membri u bla ma jġarrbu l-ebda spiża ħlief il-ħlasijiet sabiex jiġi riċevut is-servizz matul il-perijodu ta’ notifika. Qabel ma l-kuntratt jiġi estiż awtomatikament, il-fornituri għandhom jinfurmaw lill-utenti finali, b’mod prominenti u f’waqtu u b’mezz li jservi għal żmien twil, dwar it-tmiem tal-impenn kuntrattwali u dwar il-mezz biex jiġi mitmum il-kuntratt. Barra minn hekk, u fl-istess ħin, il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti finali l-aħjar pariri dwar it-tariffi b’rabta mas-servizzi tagħhom. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti finali dawk l-aħjar informazzjoni dwar it-tariffi mill-inqas darba fis-sena.
|
|
Artikolu 105 4.
|
L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ulterjuri meta jiġu avżati b’modifiki fil-kondizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-fornitur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u indipendenti min-numri ħlief jekk il-modifiki proposti jkunu esklużivament għall-benefiċċju tal-utent finali, ikunu ta’ natura purament amministrattiva u ma jkollhom ebda effett negattiv fuq l-utent finali jew ikunu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.
Il-fornituri għandhom javżaw lill-utenti finali bi kwalunkwe bidla fil-kondizzjonijiet kuntrattwali, mill-anqas xahar bil-quddiem, u għandhom simultanjament jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jtemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ulterjuri jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. Id-dritt li jiġi terminat il-kuntratt għandu jkun eżerċitabbli fi żmien xahar wara n-notifika. L-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-perijodu b’mhux aktar minn tliet xhur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifika tkun saret b’mod ċar u li jinftiehem b’mezz li jservi għal żmien twil.
|
|
Artikolu 105 5.
|
Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, kontinwa jew li sseħħ frekwentement, bejn il-prestazzjoni attwali ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għajr servizz tal-aċċess għall-internet u għajr servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u l-prestazzjoni indikata fil-kuntratt għandha titqies bħala bażi biex jiġu attivati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali, inkluż id-dritt li jintemm il-kuntratt mingħajr ħlas.
|
|
Artikolu 105 6.
|
Fejn utent finali jkollu d-dritt itemm kuntratt għal servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, qabel tmiem il-perijodu tal-kuntratt miftiehem skont din id-Direttiva jew dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali, ma għandu jkun dovut ebda kumpens mill-utent finali għajr għat-tagħmir terminali sussidjat li jibqa’ jżomm.
Fejn l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali li jkun parti minn pakkett fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, kull kumpens dovut ma għandux jaqbeż il-valur pro rata temporis tiegħu kif miftiehem fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt jew il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar.
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw metodi oħra biex tiġi kkalkulata r-rata ta’ kumpens sakemm tali metodu ma jwassalx għal livell ta’ kumpens li jaqbeż dak ikkalkolat skont it-tieni subparagrafu.
Il-fornitur għandu jneħħi, bla ħlas, kull kondizzjoni fuq l-użu ta’ dak it-tagħmir terminali għal netwerks oħrajn, f’mument speċifikat mill-Istati Membri u sa mhux aktar tard minn meta jitħallas il-kumpens.
|
|
Artikolu 105 7.
|
Sa fejn jikkonċerna servizzi ta’ trażmissjoni użati għal servizzi minn magna għal magna, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6 għandhom jibbenefikaw minnhom biss utenti finali li jkunu konsumaturi, impriżi mikro jew żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|