|
+Artikolu 105 6. |
Artikolu 105 6.Fejn utent finali jkollu d-dritt itemm kuntratt għal servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, qabel tmiem il-perijodu tal-kuntratt miftiehem skont din id-Direttiva jew dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali, ma għandu jkun dovut ebda kumpens mill-utent finali għajr għat-tagħmir terminali sussidjat li jibqa’ jżomm. Fejn l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali li jkun parti minn pakkett fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, kull kumpens dovut ma għandux jaqbeż il-valur pro rata temporis tiegħu kif miftiehem fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt jew il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw metodi oħra biex tiġi kkalkulata r-rata ta’ kumpens sakemm tali metodu ma jwassalx għal livell ta’ kumpens li jaqbeż dak ikkalkolat skont it-tieni subparagrafu. Il-fornitur għandu jneħħi, bla ħlas, kull kondizzjoni fuq l-użu ta’ dak it-tagħmir terminali għal netwerks oħrajn, f’mument speċifikat mill-Istati Membri u sa mhux aktar tard minn meta jitħallas il-kumpens. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|