+Artikolu 106 Bdil tal-fornitur u portabbiltà tan-numru
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.
---+Artikolu 106 5.
---+Artikolu 106 6.
---+Artikolu 106 7.
---+Artikolu 106 8.
---+Artikolu 106 9.

Artikolu 106 Bdil tal-fornitur u portabbiltà tan-numru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 106 1.

Fil-każ ta’ bdil bejn il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-fornituri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-utent finali informazzjoni adegwata qabel u waqt il-proċess tal-bdil u jiżguraw il-kontinwità tas-servizz ta’ aċċess għall-internet, sakemm dan ikun teknikament fattibbli. Il-fornitur riċeventi għandu jiżgura li l-attivazzjoni tas-servizz ta’ aċċess għall-internet issir fl-iqsar żmien possibbli fid-data u fiż-żmien espressament miftiehma mal-utent finali. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu ta’ aċċess għall-internet bl-istess kondizzjonijiet sa meta l-fornitur riċeventi jattiva s-servizzi tiegħu ta’ aċċess għall-internet. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil ma għandux ikun aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-effiċjenza u s-sempliċità tal-proċess tal-bdil għall-utent finali.

Artikolu 106 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni jkollhom id-dritt li jżommu n-numri tagħhom, jekk jitolbu dan, indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz, skont il-Parti C tal-Anness VI.
Artikolu 106 3.
Fejn utent finali jtemm kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent finali jista’ jżomm id-dritt li jittrasferixxi n-numru mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni għal fornitur ieħor għal minimu ta’ xahar wara d-data ta’ terminazzjoni, sakemm dak id-dritt ma jiġix rinunzjat mill-utent finali.
Artikolu 106 4.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-ipprezzar fost il-fornituri relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru jkun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ebda ħlasijiet diretti ma jiġu applikati lil utenti finali.
Artikolu 106 5.
It-trasferiment tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli fid-dati maqbula espliċitament mal-utent finali. Fi kwalunkwe każ, l- utenti finali li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabilità ta’ numru ma’ fornitur ġdid għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol mid-data maqbula mal-utent finali. Fil-każ jekk ifalli l-proċess ta’ trasferiment, il-fornitur trasferenti għandu jerġa’ jattiva n-numru u s-servizzi relatati tal-utent finali sa meta t-trasferiment jirnexxi. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu bl-istess termini u kondizzjonijiet sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil tal-fornitur u tat-trasferiment tan-numri ma għandux idum aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol. L-operaturi li n-netwerks jew faċilitajiet tal-aċċess tagħhom jintużaw jew mill-fornitur trasferenti jew minn dak riċeventi, jew mit-tnejn li huma, għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda telf ta’ servizz li jdewwem il-proċess tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri.
Artikolu 106 6.

Il-fornitur riċeventi għandu jmexxi l-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 u kemm il-fornituri riċeventi kif ukoll il-fornituri trasferenti għandhom jikkooperaw in bona fede. Huma la għandhom idewmu l-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri u lanqas jabbużaw minnhom u lanqas ma għandhom jittrasferixxu numri jew jjibdlu utenti finali mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom. Il-kuntratti tal-utenti finali mal-fornitur trasferenti għandhom jintemmu awtomatikament mal-konklużjoni tal-proċess tal-bdil.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu d-dettalji tal-proċessi globali tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti, il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utenti finali. Dan għandu jinkludi, fejn hu teknikament fattibbli, ir-rekwiżit għat-trasferiment tan-numri biex isir permezz tal-proviżjonament over-the-air, ħlief jekk utent finali jitlob mod ieħor. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu adegwatament informati u protetti matul il-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri u ma jinqalbux lejn fornitur ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom.

Il-fornituri trasferenti għandhom iħallsu lura, fuq talba, kull kreditu pendenti lill-konsumaturi li jużaw is-servizzi mħallsa minn qabel. Ir-rifużjoni għandha tkun soġġetta għal tariffa biss jekk dan ikun previst fil-kuntratt. Kwalunkwe tali tariffa għandha tkun proporzjonata u korrispondenti mal-ispejjeż attwali mġarrba mill-fornitur trasferenti fl-għoti tar-rifużjoni.

Artikolu 106 7.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali fil-każ ta’ nuqqas minn fornitur milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, inklużi dewmien, jew abbużi, fit-trasferiment tan-numri minn, jew f’isem, ta’ fornitur.
Artikolu 106 8.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-kumpens lill-utenti finali mill-fornituri tagħhom b’mod faċli u f’waqtu fil-każ ta’ nuqqas minn fornitur milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, kif ukoll fil-każ ta’ dewmien, jew abbużi, fil-proċessi tat-trasferiment tan-numri u tal-bdil, u fil-każ ta’ servizz mitluf u appuntamenti ta’ installazzjoni mitlufa.
Artikolu 106 9.
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness VIII, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu mgħarrfa kif xieraq dwar l-eżistenza tad-drittijiet għal kumpens imsemmija fil-paragrafi 7 u 8.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.