+Artikolu 114 Obbligi ta’ trażmissjoni “must carry”
---+Artikolu 114 1.
---+Artikolu 114 2.
---+Artikolu 114 3.
|
Artikolu 114 Obbligi ta’ trażmissjoni “must carry”
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 114 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi raġonevoli ta’ trażmissjoni “must carry” għat-trażmissjoni ta’ servizzi speċifiċi ta’ radju u kanali ta’ trasmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari relatati, b’mod partikolari servizzi ta’ aċċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għal utenti finali b’diżabbiltà u d-data li ssostni s-servizzi televiżivi konnessi u l-gwidi elettroniċi tal-programmi, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi wżati għad-distribuzzjoni ta’ servizzi tar-radju jew ta’ kanali ta’ trażmissjoni televiżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta’ utenti finali ta’ tali netwerks u servizzi jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi bir-radju u kanali ta’ trażmissjoni televiżiva. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali kif definiti b’mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.
|
|
Artikolu 114 2.
|
Sal-21 ta’ Diċembru 2019 u sussegwentement kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, ħlief fejn l-Istati Membri jkunu wettqu tali rieżami matul l-erba’ snin preċedenti.
|
|
Artikolu 114 3.
|
La l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lanqas l-Artikolu 59(2) m’għandhom jippreġudikaw il-kapaċità ta’ Stat Membru li jistabbilixxi remunerazzjoni adatta, jekk ikun hemm, dwar miżuri meħuda skont dan l-Artikolu waqt li jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta’ fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Meta tkun prevista remunerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu ta’ remunerazzjoni jkun stipulat b’mod ċar fil-leġislazzjoni nazzjonali, inkluż, fejn rilevanti, il-kriterji għall-kalkolu ta’ dik ir-remunerazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġi applikat b’mod proporzjonat u trasparenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|