+Artikolu 120 Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
---+Artikolu 120 1.
---+Artikolu 120 2.
---+Artikolu 120 3.
---+Artikolu 120 4.
---+Artikolu 120 5.
---+Artikolu 120 6.
|
Artikolu 120 Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 120 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċilment għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom waqt li jiddeskrivu kif u fejn l-informazzjoni hija ppubblikata. L-ewwel tali avviż għandu jiġi pubblikat qabel il-21 ta’ Diċembru 2020, u sussegwentement avviż għandu jiġi ppubblikat kull meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni li tinsab fih.
|
|
Artikolu 120 2.
|
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kopja ta’ dawk l-avviżi kollha fil-waqt tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.
|
|
Artikolu 120 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kondizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta’ drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta’ użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b’mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.
|
|
Artikolu 120 4.
|
Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tinżamm f’livelli differenti tal-gvern, b’mod partikolari informazzjoni dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet fuq drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli, waqt li tieħu kont tal-ispejjeż involuti, biex toħloq sinteżi faċli biex tiftiehem ta’ dik l-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet responsabbli, sabiex jiġu faċilitati l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-installazzjoni ta’ faċilitajiet.
|
|
Artikolu 120 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi speċifiċi mposti fuq impriżi taħt din id-Direttiva jiġu ppubblikati u li l-prodott u s-servizz speċifiċi, u s-swieq ġeografiċi jiġu identifikati. Soġġett għall-ħtieġa li tkun protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali, huma għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata ssir pubblikament disponibbli b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha nteressati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 120 6.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li huma jagħmlu pubblikament disponibbli skont il-paragrafu 5 Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli f’forma faċilment aċċessibbli, u għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif jixraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|