Sal-21 ta’ Diċembru 2025 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ambitu tas-servizz universali, b’mod partikolari bil-ħsieb li tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-ambitu jinbidel jew jiġi ridefinit.
Dik ir-reviżjoni għandha titwettaq fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, waqt li jittieħed kont, fost ħwejjeġ oħra, tar-rati tal-mobilità u d-data fid-dawl tat-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-utenti finali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tar-riżultat tar-reviżjoni.