+Artikolu 122 Proċeduri ta’ reviżjoni
---+Artikolu 122 1.
---+Artikolu 122 2.
---+Artikolu 122 3.

Artikolu 122 Proċeduri ta’ reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 122 1.

Sal-21 ta’ Diċembru 2025 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dawk ir-reviżjonijiet għandhom jevalwaw b’mod partikolari l-implikazzjonijiet għas-suq tal-Artikolu 61(3) u l-Artikoli 76, 78 u 79 u jekk is-setgħat ta’ intervent ex ante u oħrajn bis-saħħa ta’ din id-Direttiva humiex suffiċjenti biex jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jindirizzaw strutturi tas-suq oligopolistiċi mhux kompetittivi, u biex jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkompli tirnexxi għall-benefiċċju tal-utenti finali.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 122 2.

Sal-21 ta’ Diċembru 2025 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ambitu tas-servizz universali, b’mod partikolari bil-ħsieb li tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-ambitu jinbidel jew jiġi ridefinit.

Dik ir-reviżjoni għandha titwettaq fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, waqt li jittieħed kont, fost ħwejjeġ oħra, tar-rati tal-mobilità u d-data fid-dawl tat-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-utenti finali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tar-riżultat tar-reviżjoni.

Artikolu 122 3.

Il-BEREC għandu, sal-21 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin, jippubblika opinjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u dwar l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, waqt li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti I u tal-Anness I, u tista’ tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet, fejn hija tqis li dan ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati ostakli għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.