|
+ANNESS I LISTA TA’ KONDIZZJONIJIET LI JISTGĦU JIĠU STIPULATI MA’ AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI, ID-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦALL-ISPEKTRUM TAR-RADJU U D-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦAL RIŻORSI TA’ NUMERAZZJONI |
ANNESS I LISTA TA’ KONDIZZJONIJIET LI JISTGĦU JIĠU STIPULATI MA’ AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI, ID-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦALL-ISPEKTRUM TAR-RADJU U D-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦAL RIŻORSI TA’ NUMERAZZJONI
ANNESS I LISTA TA’ KONDIZZJONIJIET LI JISTGĦU JIĠU STIPULATI MA’ AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI, ID-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦALL-ISPEKTRUM TAR-RADJU U D-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦAL RIŻORSI TA’ NUMERAZZJONI Dan l-Anness jipprovdi għall-finijiet tal-lista massima ta’ kondizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għal netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, ħlief għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (il-Parti A), netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (il-Parti B), servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (il-Parti C), id-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju (il-Parti D), u d-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni (il-Parti E). A Kondizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġi stipulati ma’ awtorizzazzjoni ġenerali
1.
Ħlasijiet amministrattivi skont l-Artikolu 16.
2.
Protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE
3.
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt proċedura ta’ notifika skont l-Artikolu 12 u għal għanijiet oħra kif inklużi fl-Artikolu 21.
4.
Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva 2002/58/KE.
5.
Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b’theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta’ katastrofi serja.
6.
It-termini ta’ użu waqt diżastri kbar jew emerġenzi nazzjonali biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bejn is-servizzi ta’ emerġenza u l-awtoritajiet.
7.
Obbligi għal aċċess barra minn dawk previsti fl-Artikolu 13 li japplikaw għal impriżi li jfornu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.
8.
Miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità mal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39.
9.
Obbligi ta’ trasparenza għall-fornituri ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli sabiex tiġi żgurata konnettività end-to-end, skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3, u fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess minn awtoritajiet kompetenti għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex jiġi vverifikat dan l-iżvelar. B. Kondizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżdiedu ma’ awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi
1.
Interkonnessjoni tan-netwerks f’konformità ma’ din id-Direttiva.
2.
Obbligi ta’ trażmissjoni “must carry” f’konformità ma’ din id-Direttiva.
3.
Miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra kampi elettromanjetiċi kawżati minn netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.
4.
Il-manutenzjoni tal-integrità ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont din id-Direttiva inkluż b’kondizzjonijiet li jimpedixxu l-interferenza elettromanjetika bejn netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont id-Direttiva 2014/30/UE.
5.
Is-sigurtà ta’ netwerks pubbliċi kontra aċċess mhux awtorizzat skont id-Direttiva 2002/58/KE.
6.
Kondizzjonijiet għall-użu ta’ spektrum tar-radju, skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, fejn dak l-użu mhux magħmul soġġett għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu skont l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 48 ta’ din id-Direttiva. C. Kondizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżdiedu ma’ awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numru
1.
Interoperabbiltà tas-servizzi skont din id-Direttiva.
2.
L-aċċessibbiltà mill-utenti finali għan-numri mill-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri, numri mill-UIFN, u fejn, teknikament u ekonomikament fattibbli, minn pjani għall-għoti tan-numri ta’ Stati Membri oħrajn, u l-kondizzjonijiet skont din id-Direttiva.
3.
Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika.
4.
Restrizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ kontenut illegali skont id-Direttiva 2000/31/KE u restrizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ kontenut dannuż skont id-Direttiva 2010/13/UE. D. Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju
1.
L-obbligu li jkun provdut servizz jew li tintuża tip ta’ teknoloġija fil-limiti tal-Artikolu 45 inkluż, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura u ta’ kwalità.
2.
L-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju skont din id-Direttiva.
3.
Il-kondizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex tiġi evitata interferenza ta’ ħsara u għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra l-kampi elettromanjetiċi, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE fejn dawk il-kondizzjonijiet huma differenti minn dawk inklużi fl-awtorizzazzjoni ġenerali.
4.
Id-dewmien massimu skont l-Artikolu 49, soġġett għal kull bidla fil-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tal-Frekwenzi.
5.
It-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kondizzjonijiet għal dak it-trasferiment skont din id-Direttiva.
6.
It-tariffi għal drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 42.
7.
Kull impenn li l-impriża li tikseb drittijiet ta’ użu tkun għamlet fil-qafas ta’ awtorizzazzjoni jew proċess ta’ tiġdid ta’ awtorizzazzjoni qabel ma l-awtorizzazzjoni tingħata jew, fejn japplika, qabel l-istedina għall-applikazzjoni għad-drittijiet tal-użu.
8.
Obbligi biex jiġi ppuljat jew jinqasam l-ispektrum tar-radju jew jiġi permess aċċess għall-ispektrum tar-radju għal utenti oħrajn f’reġjuni speċifiċi jew fuq il-livell nazzjonali.
9.
L-obbligi taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti li jirrelataw mal-użu ta’ baned tal-ispektrum tar-radju.
10.
L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali ta’ baned tal-ispektrum tar-radju. E. Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati mad-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni
1.
L-identifikazzjoni tas-servizz li għalih in-numru għandu jintuża, inkluża kull ħtieġa marbuta mal-forniment ta’ dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kull dubju, prinċipji ta’ tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw fis-serje ta’ numri speċifiċi bl-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(2).
2.
L-użu effettiv u effiċjenti ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni skont din id-Direttiva.
3.
Rekwiżiti għall-portabbiltà tan-numri skont din id-Direttiva.
4.
Obbligu li jiġi provdut għall-utenti finali ta’ direttorji pubbliċi t-tagħrif għall-għanijiet tal-Artikolu 112.
5.
Id-dewmien massimu skont l-Artikolu 94, soġġett għal kull bidla fil-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni.
6.
Trasferiment ta’ drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur ta’ drittijiet u l-kondizzjonijiet għal tali trasferiment skont din id-Direttiva, inkluża kwalunkwe kondizzjoni marbuta mad-dritt ta’ użu għal numru li tkun vinkolanti għall-impriżi kollha li lilhom ġew ittrasferiti d-drittijiet.
7.
It-tariffi għad-drittijiet tal-użu skont l-Artikolu 95.
8.
Kull impenn li l-intrapriża li tikseb drittijiet ta’ użu tkun għamlet fil-kors ta’ proċedura ta’ għażla kompetittiva jew komparattiva.
9.
Obbligi taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti li jirrelataw mal-użu tan-numri.
10.
Obbligi li jikkonċernaw l-użu extraterritorjali tan-numri fi ħdan l-Unjoni biex tiġi żgurata konformità mal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħra marbutin man-numri fl-Istati Membri barra dawk tal-kodiċi tal-pajjiż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|