|
+ANNESS II KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRAŻMESSI LIT-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FL-UNJONI |
ANNESS II KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRAŻMESSI LIT-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FL-UNJONI
ANNESS II KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRAŻMESSI LIT-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FL-UNJONI Parti I: Kondizzjonijiet għas-sistemi ta’ aċċess kondizzjonali li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 62(1) Fir-rigward tal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju trażmessi lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skont l-Artikolu 62 li l-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
(a)
l-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta’ aċċess kondizzjonali, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, li jfornu servizzi ta’ aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju u s-servizzi ta’ aċċess li x-xandara tagħhom jiddependu fuqhom biex jilħqu kull grupp ta’ telespettaturi u semmiegħa potenzjali għandhom:
—
joffru lix-xandara kollha, fuq bażi ekwa, raġonevoli u nondiskriminatorju kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, servizzi tekniċi li jippermettu li s-servizzi trażmessi diġitalment mix-xandara jiġu riċevuti minn telespettaturi jew semmiegħa awtorizzati permezz ta’ decoders amministrati mill-operaturi tas-servizz, u jikkonformaw mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni,
—
iżommu kontabilità finanzjarja separata fir-rigward tal-attività tagħhom bħala operaturi ta’ aċċess kondizzjonali.
(b)
meta jagħtu liċenzji lill-manifatturi ta’ apparat tal-konsumatur, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-prodotti u sistemi ta’ aċċess kondizzjonali għandhom jiżguraw li dan isir fuq termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji. Waqt li jittieħed kont tal-fatturi tekniċi u kummerċjali, id-detenturi tad-drittijiet ma għandhomx jissuġġettaw l-għoti tal-liċenzji għal kondizzjonijiet li jipprojbixxu, jiddiswadu jew jiskoraġġixxu l-inklużjoni fl-istess prodott ta’:
—
interface komuni li jippermetti l-konnessjoni ma’ diversi sistemi oħra ta’ aċċess, jew
—
mezzi li huma speċifiċi għal sistema oħra ta’ aċċess, basta li l-liċenzja tikkonforma mal-kondizzjonijiet rilevanti u raġonevoli li jiżguraw, sa fejn huwa konċernat, is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet ta’ operaturi ta’ sistema ta’ aċċess kondizzjonali.
Parti II: Faċilitajiet oħra li għalihom jistgħu jiġu applikati kondizzjonijiet taħt il-punt (D) l-Artikolu 61(2)
(a)
Aċċess għal APIs;
(b)
Aċċess għal EPGs. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|