+ANNESS III KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ RATI BL-INGROSSA TA’ TERMINAZZJONI BIL-VUĊI

ANNESS III KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ RATI BL-INGROSSA TA’ TERMINAZZJONI BIL-VUĊI




ANNESS III

KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ RATI BL-INGROSSA TA’ TERMINAZZJONI BIL-VUĊI

Prinċipji, kriterji u parametri għad-determinazzjoni tar-rati bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli, imsemmija fl-Artikolu 75(1):

(a) 

ir-rati għandhom ikunu bbażati fuq l-irkupru tal-ispejjeż imġarrba minn operatur effiċjenti; l-evalwazzjoni tal-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq valuri tal-ispejjeż attwali; il-metodoloġija tal-ispejjeż li tikkalkula l-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq approċċ ta’ mmudellar axxendenti li juża spejjeż inkrimentali fit-tul relatati mat-traffiku talli jiġi provdut is-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi lil partijiet terzi;

(b) 

L-ispejjeż inkrimentali rilevanti tas-servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi għandhom jiġu determinati bid-differenza bejn l-ispejjeż totali fit-tul ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa tiegħu tas-servizzi u l-ispejjeż totali fit-tul ta’ dak l-operatur li ma jipprovdix servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(c) 

għandhom jiġu allokati liż-żieda ta’ terminazzjoni rilevanti dawk l-ispejjeż biss marbutin mat-traffiku li jkunu evitati fl-assenza ta’ servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi;

(d) 

l-ispejjeż marbutin mal-kapaċità addizzjonali tan-netwerk għandhom jiġu inklużi sakemm dawn huma kkawżati mill-bżonn li tiżdied il-kapaċità għall-iskop li jiġi provdut traffiku addizzjonali marbut mat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa;

(e) 

il-miżati tal-ispektrum tar-radju għandhom jiġu esklużi miż-żieda tat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli bil-vuċi;

(f) 

għandhom jiġu inklużi biss dawk l-ispejjeż kummerċjali bl-ingrossa li huma marbutin mal-forniment bl-ingrossa tas-servizz ta’ terminazzjoni bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(g) 

l-operaturi kollha tan-netwerk tat-telefonija fissa għandhom jitqiesu li jipprovdu servizzi ta’ terminazzjoni bil-vuċi bl-istess spejjeż tal-unitajiet bħall-operatur effiċjenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

(h) 

għall-operaturi tan-netwerk tat-telefon mobbli, l-iskala minima effiċjenti għandha tiġi ffissata f’sehem mis-suq li mhux anqas minn 20 %;

(i) 

l-approċċ rilevanti għad-deprezzament tal-assi għandu jkun deprezzament ekonomiku; u

(j) 

l-għażla tat-teknoloġija tan-netwerks immudellati għandhom ikunu progressivi, ibbażati fuq in-netwerk ewlieni tal-IP filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji varji li probabbli ser ikunu jintużaw matul il-perijodu tal-validità tar-rata massima; fil-każ tat-netwerk tat-telefonija fissa, is-sejħiet għandhom jitqiesu li jkunu esklużivament packet switched.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.