|
+ANNESS IV KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ OFFERTI TA’ KOINVESTIMENT |
ANNESS IV KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ OFFERTI TA’ KOINVESTIMENT
ANNESS IV KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ OFFERTI TA’ KOINVESTIMENT Meta tivvaluta offerta ta’ koinvestiment skont l-Artikolu 76(1), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivverifika jekk ġewx sodisfatti mill-inqas il-kriterji li ġejjin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jikkunsidraw kriterji addizzjonali sa fejn dawn ikunu meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess ta’ investituri potenzjali tal-koinvestiment, fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi lokali u l-istruttura tas-suq:
(a)
L-offerta ta’ koinvestiment għandha tkun miftuħa għal kull impriża matul il-ħajja kollha tan-netwerk mibni taħt offerta ta’ koinvestiment fuq bażi mhux diskriminatorja. L-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tista’ tinkludi fl-offerta kondizzjonijiet raġonevoli dwar l-kapaċità finanzjarja ta’ kwalunkwe impriża sabiex, pereżempju, koinvestituri potenzjali ikollhom juru li huma kapaċi jagħmlu l-ħlasijiet f’fażijiet li abbażi tagħhom l-introduzzjoni hija ppjanata, l-aċċettazzjoni ta’ pjan strateġiku li abbażi tiegħu jitħejjew il-pjanijiet ta’ introduzzjoni fuq terminu medju, u oħrajn.
(b)
L-offerta ta’ koinvestiment għandha tkun trasparenti:
—
l-offerta għandha tkun disponibbli u faċilment identifikata fil-websajt tal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq;
—
għal kwalunkwe offerent potenzjali li jkun esprima interess, għandhom isirudisponibbli, mingħajr dewmien żejjed, termini dettaljati b’mod sħiħ, inklużi l-formola legali tal-ftehim ta’ koinvestiment u, meta rilevanti, il-ftehimiet preliminari tar-regoli ta’ governanza tal-mezz ta’ koinvestiment; u
—
il-proċess, li bħall-pjan direzzjonali għat-twaqqif u l-iżvilupp tal-proġett ta’ koinvestiment, għandu jkun jinbeda minn qabel, għandu jiġi spjegat bil-miktub lil kwalunkwe koinvestitur potenzjali, u l-istadji kollha sinifikanti għandhom jiġu kkomunikati b’mod ċar lill-impriżi kollha mingħajr kwalunkwe diskriminazzjoni.
(c)
L-offerta tal-koinvestiment għandha tinkludi t-termini lill-koinvestituri potenzjali li jiffavorixxu kompetizzjoni sostenibbli fit-tul, b’mod partikolari:
—
L-impriżi kollha għandhom jiġu offruti termini u kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għall-parteċipazzjoni fil-ftehim ta’ koinvestiment relattiv għaż-żmien li jissieħbu, inklużi f’termini ta’ kunsiderazzjoni finanzjarja meħtieġa għall-akkwist ta’ drittijiet speċifiċi, f’termini tal-protezzjoni mogħtija lill-koinvesituri minn dawk id-drittijiet kemm fil-fażi ta’ kostruzzjoni kif ukoll fil-fażi ta’ sfruttament, pereżempju, billi jingħataw drittijiet inaljenabbli tal-użu (IRUs) għat-tul ta’ ħajja mistenni tan-netwerk koinvestit u f’termini tal-kondizzjonijiet għas-sħubija u t-terminazzjoni potenzjali tal-ftehim ta’ koinvestiment. Termini mhux diskriminatorji f’dan il-kuntest ma jimplikawx li l-koinvestituri kollha potenzjali għandhom jiġu offruti eżattament l-istess termini, inklużi t-termini finanzjarji, imma li l-varjazzjonijiet kollha tat-termini offruti għandhom ikunu ġġustifikati abbażi tal-istess kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u prevedibbli bħalma huwa n-numru ta’ linji tal-utenti finali li għalih hemm impenn.
—
L-offerta għandha tippermetti flessibbiltà f’termini ta’ valur u żmien tal-impenn provdut minn kull koinvestitur, pereżempju permezz ta’ perċentaġġ maqbul u li potenzjalment jiżdied tal-linji tal-utenti finali f’żona partikolari, li għaliha l-koinvesituri għandhom il-possibbiltà li gradwalment jikkommettu ruħhom għaliha u li għandu jiġi stabbilit f’livell unitarju li jippermetti koinvestituri iżgħar b’riżorsi limitati jidħlu fil-koinvestiment fuq skala raġonevolment minima u jkabbru gradwalment il-parteċipazzjoni tagħhom filwaqt li jiżguraw livelli adegwati ta’ impenn inizjali. Id-determinazzjoni tal-kunsiderazzjoni finanzjarja li trid tiġi provduta minn kull koinvestitur għandha bżonn tirrifletti l-fatt li investituri bikrin jaċċettaw riskji akbar u jimpenjaw il-kapital qabel.
—
Primjum li jiżdied maż-żmien għandu jiġi kkunsidrat bħala ġustifikat għal impenji li jsiru fi stadji aktar tard u għal koinvestituri ġodda li jidħlu għall-koinvestiment wara l-bidu tal-proġett, biex jirrifletti r-riskji diminuttivi u jwieżnu kull inċentiv biex jinżamm l-kapital fl-istadji bikrija.
—
Il-ftehim ta’ koinvestiment għandu jippermetti l-għoti tad-drittijiet akkwistati mill-koinvesituri lil koinvestituri oħrajn jew lil partijiet terzi li lesti li jidħlu fi ftehim ta’ koinvestiment sakemm l-impriża li tittrasferixxi tiġi obbligata li tissodisfa l-obbligi oriġinali tat-trasferent skont il-ftehim ta’ koinvestiment.
—
Il-koinvestituri għandhom jagħtu lil xulxin drittijiet reċiproċi fuq termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli biex jaċċessaw l-infrastruttura koinvestita bl-iskop li jipprovdu servizzi downstream, inklużi lill-utenti finali, skont kondizzjonijiet trasparenti li għandhom ikunu trasparenti fl-offerta ta’ koinvestiment u l-ftehim sussegwenti, b’mod partikolari fejn il-koinvestituri huma responsabbli b’mod individwali u b’mod separat għall-introduzzjoni ta’ partijiet speċifiċi tan-netwerk. Jekk jinħoloq mezz ta’ koinvestiment, dan għandu jipprovdi aċċess għan-netwerk lill-koinvestituri kollha, sew b’mod dirett kif ukoll b’mod indirett, fuq ekwivalenza ta’ bażi ta’ inputs u skont termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inklużi kondizzjonijiet finanzjarji li jirriflettu l-livelli differenti ta’ riskju aċċettat mill-koinvestituri individwali.
(d)
L-offerta ta’ koinvestiment għandha tiżgura investiment sostenibbli li probabbli jissodisfa l-bżonnijiet tal-ġejjieni, bl-introduzzjoni ta’ elementi ġodda tan-netwerk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-introduzzjoni ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|