|
+ANNESS VIII REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA SKONT L-ARTIKOLU 102 (REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL KUNTRATTI) |
ANNESS VIII REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA SKONT L-ARTIKOLU 102 (REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL KUNTRATTI)
ANNESS VIII REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA SKONT L-ARTIKOLU 102 (REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL KUNTRATTI)
A.
rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna Fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(1)
bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut, kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz sa fejn dawn qed jiġu offruti u, għal servizzi oħra għajr is-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri speċifiċi ta’ kwalità ggarantiti. Jekk ma jiġi offrut l-ebda livell minimu tal-kwalità tas-servizz, għandha ssir dikjarazzjoni f’dan is-sens.
(2)
bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, fejn u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull spiża rikorrenti jew relatata mal-konsum,
(3)
bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż tariffi tat-terminazzjoni possibbli, sal-punt li dawk il-kondizzjonijiet japplikaw:
(i)
kwalunkwe użu jew tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,
(ii)
kull tariffa relatata mal-bdil u l-arranġamenti għall-kumpens u r-rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-bdil, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri rispettivi,
(iii)
informazzjoni dwar id-dritt tal-konsumaturi li jużaw servizzi mħallsa minn qabel għal rifużjoni, fuq talba, ta’ kwalunkwe kreditu li jifdal fil-każ ta’ bdil, kif imfisser fl-Artikolu 106(6),
(iv)
kull tariffa dovuta minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluża informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull irkupru tal-ispejjeż b’rabta mat-tagħmir terminali,
(4)
kull arranġament ta’ kumpens u ta’ rifużjoni, inkluż, fejn applikabbli, referenza espliċita għad-drittijiet tal-konsumaturi, li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux jew jekk il-fornitur iwieġeb b’mod inadegwat għal inċident ta’ sigurtà, theddida jew vulnerabbiltà;
(5)
it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-fornitur b’reazzjoni għal inċidenti tas-sigurtà jew għal theddid jew vulnerabbiltajiet.
B.
rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament
I.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A, il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(1)
bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut:
(i)
kull livell minimu tal-kwalità tas-servizz sal-punt li dan qed jiġi offrut, u filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-linji gwida tal-BEREC adottati f’konformità mal-Artikolu 104(2) rigward:
—
għas-servizzi tal-aċċess għall-internet: mill-inqas latenza, jitter, telfien ta’ pakketti;
—
għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament, fejn huma jeżerċitaw kontroll fuq mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew ikollhom ftehim fil-livell ta’ servizz għal dan il-għan ma’ impriżi li jipprovdu aċċess għan-netwerk: mill-inqas iż-żmien għall-konnessjoni inizjali, il-probabbiltà ta’ falliment, id-dewmien fis-sinjalar tas-sejħa skont l-Anness X; u
(ii)
mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti finali li jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120, kull kondizzjoni, inkluż tariffi, imposti mill-fornitur dwar l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut;
(2)
bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, fejn u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull spiża rikorrenti jew relatata mal-konsum:
(i)
id-dettalji tal-pjan jew tal-pjanijiet tat-tariffi speċifiċi skont il-kuntratt u, għal kull tali pjan tat-tariffa t-tipi ta’ servizzi offruti, inkluż meta applikabbli, il-volumi tal-komunikazzjonijiet (pereżempju MB, minuti, messaġġi) inklużi għal kull perijodu tal-ħlas, u l-prezz għall-unitajiet tal-komunikazzjoni addizzjonali,
(ii)
fil-każ ta’ pjan jew pjanijiet tat-tariffi b’volum ta’ komunikazzjonijiet stabbilit minn qabel, il-possibbiltà għall-konsumaturi li jiddifferixxu kwalunkwe volum mhux użat mill-perijodu tal-ħlas preċedenti għall-perijodu tal-ħlas li jmiss, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-kuntratt,
(iii)
il-faċilitajiet għas-salvagwardja tat-trasparenza fil-kontijiet u għall-monitoraġġ tal-livell tal-konsum,
(iv)
informazzjoni dwar it-tariffi rigward kull numru jew servizz soġġett għal kondizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari; fejn jidħlu l-kategoriji individwali tas-servizzi, l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu barra minn hekk li din l-informazzjoni tiġi pprovduta minnufih qabel il-konnessjoni tas-sejħa jew il-konnessjoni mal-fornitur tas-servizz,
(v)
għal servizzi f’pakkett u pakketti li jinkludu kemm is-servizzi u t-tagħmir terminali, il-prezz tal-elementi individwali tal-pakkett sal-punt li jiġu kummerċjalizzati wkoll separatament,
(vi)
id-dettalji u l-kondizzjonijiet, inkluż il-ħlas, ta’ kull servizz ta’ wara l-bejgħ, il-manutenzjoni, u l-assistenza għall-konsumatur, u
(vii)
il-mezzi li bihom tkun tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż tal-manutenzjoni kollha applikabbli;
(3)
bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-kuntratt għal servizzi f’pakkett u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet tat-terminazzjoni tal-pakkett jew ta’ elementi tiegħu;
(4)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-informazzjoni dwar liema data personali għandha tingħata qabel it-twettiq tas-servizz jew li tinġabar fil-kuntest tal-forniment tas-servizz;
(5)
dettalji fuq il-prodotti u s-servizzi maħsuba għall-utenti finali b’diżabbiltà u kif jistgħu jinkisbu l-aġġornamenti ta’ din l-informazzjoni;
(6)
il-mezz biex jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż tilwim nazzjonali u transfruntier skont l-Artikolu 25;
II.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A u taħt il-punt I, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numru disponibbli pubblikament għandhom jipprovdu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
(1)
kull limitazzjoni għall-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza jew għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa minħabba nuqqas ta’ fattibbiltà teknika sa fejn is-servizz jippermetti lill-utenti finali jagħmlu sejħiet lejn numru fi pjan nazzjonali jew internazzjonali ta’ numerazzjoni;
(2)
id-dritt tal-utent finali li jaċċetta jew ma jaċċettax li jdaħħal id-data personali tiegħu fid-direttorju, u t-tipi ta’ data kkonċernata, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE;
III.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A u taħt il-punt I, il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet għandhom jipprovdu ukoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|