+Artikolu 6 L-istabbiltà tal-appoġġ finanzjarju
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 L-istabbiltà tal-appoġġ finanzjarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-adattazzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta', u l-kundizzjonijiet marbuta mal-appoġġ mogħti għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ma jiġux riveduti b'ebda mod li jkollhom effetti negattivi fuq id-drittijiet konferiti hemmhekk u li jimmina l-vijabilità ekonomika ta' proġetti li jibbenefikaw diġà mill-appoġġ.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-livell ta' appoġġ skont il-kriterji oġġettivi, dment li tali kriterji jiġu stabbiliti fid-disinn oriġinali tal-iskema ta' appoġġ.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw skeda fuq perijodu twil li tantiċipa l-allokazzjoni mistennija ta' appoġġ, li tkopri, bħala referenza, mill-inqas il-ħames snin li ġejjin, jew, f'każ ta' restrizzjonijiet ta' ppjanar baġitarju, it-tliet snin ta' wara, inkluż, iż-żmien indikattiv, il-frekwenza tal-proċeduri tas-sejħa għall-offerti fejn xieraq, il-kapaċità mistennija u l-baġit jew l-appoġġ massimu unitarju mistenni li jiġi allokat, u t-teknoloġiji eliġibbli mistennija, jekk applikabbli. Dik l-iskeda għandha tiġi aġġornata fuq bażi annwali jew, fejn meħtieġ, biex tirrifletti żviluppi riċenti tas-suq jew l-allokazzjoni mistennija ta' appoġġ.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-Istati Membri għandhom, tal-anqas darba kull ħames snin, jivvalutaw l-effettività tal-iskemi tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-effetti distributtivi kbar tagħhom fuq gruppi ta' konsumaturi differenti, u fuq investimenti. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-effett ta' bidliet possibbli fl-iskemi ta' appoġġ. L-ippjanar indikattiv fit-tul li jirregola d-deċiżjonijiet tal-appoġġ u t-tfassil ta' appoġġ ġdid għandu jqis ir-riżultati ta' dik il-valutazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-valutazzjoni fl-aġġornamenti rilevanti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u r-rapporti ta' progress f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|