+Artikolu 13 Skemi konġunti ta' appoġġ
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
|
Artikolu 13 Skemi konġunti ta' appoġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 5, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi volontarja, biex jgħaqqdu jew jikkoordinaw parzjalment l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali tagħhom. F'tali każijiet, ċertu ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli prodott fit-territorju ta' Stat Membru parteċipanti wieħed jista' jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru parteċipanti ieħor sakemm l-Istati Membri kkonċernati:
(a)
jagħmlu trasferiment statistiku tal-ammonti speċifikati tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 8; jew
(b)
jistabbilixxu regola tad-distribuzzjoni miftehma mill-Istati Membri parteċipanti li talloka ammonti ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw.
Regola ta' distribuzzjoni kif msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sena li fiha tidħol fis-seħħ.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena, kull Stat Membru li jkun għamel notifika taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu joħroġ ittra ta' notifika li tiddikjara l-ammont totali ta' elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli prodotta matul is-sena li għandha tkun is-suġġett tar-regola ta' distribuzzjoni.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ishma tal-enerġija rinnovabbli skont din id-Direttiva, l-ammont ta' elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli nnotifikat skont il-paragrafu 2 għandu jiġi allokat mill-ġdid bejn l-Istati Membri konċernati skont ir-regola ta' distribuzzjoni nnotifikata.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tqassam linji gwida u l-aħjar prassi, u, fuq it-talba tal-Istati Membri kkonċernati, tiffaċilita l-istabbiliment ta' skemi ta' appoġġ konġunt bejn l-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|