|
+Artikolu 15c 4. |
Artikolu 15c 4.Sal-21 ta’ Mejju 2024, l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw bħala żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, żoni speċifiċi li jkunu diġà ġew deżinjati bħala żoni adattati għal varar aċċelerat ta’ tip wieħed jew iktar ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
tali żoni jkunu barra minn siti Natura 2000, żoni deżinjati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità fl-ambitu ta’ skemi nazzjonali ta’ protezzjoni, u rotot migratorji identifikati tal-għasafar;
(b)
il-pjanijiet li jidentifikaw tali żoni kienu s-suġġett ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE u, meta xieraq, ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE;
(c)
il-proġetti li jinsabu f’tali żoni jimplimentaw regoli u miżuri xierqa u proporzjonali biex jindirizzaw l-impatti ambjentali negattivi li jistgħu jirriżultaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|