+Artikolu 15c Żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli
---+Artikolu 15c 1.
---+Artikolu 15c 2.
---+Artikolu 15c 3.
---+Artikolu 15c 4.
---+Artikolu 15c 5.

Artikolu 15c Żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15c 1.

Sal-21 ta’ Frar 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw pjan wieħed jew aktar li jiddeżinja/w, bħala subsett taż-żoni msemmija fl-Artikolu 15b(1), żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli għal tip wieħed jew aktar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Ll-Istati Membri jistgħu jeskludu l-impjanti tal-kombustjoni tal-bijomassa u l-impjanti idroelettriċi. F’dawk il-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) 

jiddeżinjaw żoni tal-art, tal-ilmijiet interni u tal-baħar li jkunu omoġenji biżżejjed fejn il-varar ta’ tip jew tipi speċifiċi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma tkunx mistennija tħalli impatti ambjentali sinifikanti, fid-dawl tal-partikolaritajiet taż-żona magħżula, waqt li:

(i) 

jagħtu prijorità lill-uċuħ artifiċjali u mibnija, bħall-bjut u l-faċċati ta’ bini, l-infrastruttura tat-trasport u l-madwar dirett tagħha, iż-żoni tal-parkeġġ, il-farms, is-siti tal-iskart, is-siti industrijali, il-minjieri, l-istrutturi artifiċjali tal-ilma intern, il-lagi jew il-ġibjuni u, fejn xieraq, is-siti ta’ trattament tal-ilma urban mormi, kif ukoll l-art degradata li ma tistax tintuża għall-agrikoltura;

(ii) 

jeskludu s-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati taħt skemi nazzjonali ta’ protezzjoni għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, ir-rotot migratorji identifikati tal-għasafar u ta’ mammiferi tal-baħar kif ukoll żoni oħra identifikati abbażi tal-mapep tas-sensittività u l-għodod imsemmija fil-punt (iii), għajr l-uċuħ artifiċjali u mibnija li jinsabu f’dawk iż-żoni bħall-bjut, iż-żoni tal-parkeġġ jew l-infrastruttura tat-trasport.

(iii) 

jużaw l-għodod u s-settijiet tad-data xierqa u proporzjonati kollha biex jidentifikaw iż-żoni fejn l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli ma jħallux impatt ambjentali sinifikanti, inklużi l-mapep tas-sensittività tal-organiżmi selvaġġi, filwaqt li jqisu d-data disponibbli fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ network koerenti ta’ Natura 2000, kemm fir-rigward tat-tipi ta’ ħabitats u tal-ispeċijiet fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 17 ), kif ukoll fir-rigward tal-għasafar u tas-siti protetti taħt id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );

(b) 

jistabbilixxu regoli xierqa għaż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni effettivi li għandhom jiġu adottati għall-installazzjoni tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli u il-ħażna ta’ enerġija kolokalizzata, kif ukoll l-assi meħtieġa għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti u ħażna mal-grilja, sabiex ikun evitat l-impatt ambjentali negattiv li jista’ jinħoloq jew, fejn ma jkunx possibbli, biex jitnaqqas b’mod sinifikanti, fejn xieraq, jiżguraw li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa b’mod proporzjonat u f’waqthom biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KEE u l-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) u biex jiġi evitat id-deterjorament u jinkiseb status ekoloġiku tajjeb jew potenzjal ekoloġiku tajjeb f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/60/KE.

Ir-regoli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu mmirati lejn l-ispeċifiċitajiet ta’ kull żona deżinjata ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, lejn it-tip jew tipi ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li jkunu ser jiġu varati f’kull żona u lejn l-impatt ambjentali identifikat.

Il-konformità tal-proġetti individwali mar-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), ta’ dan il-paragrafu u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa għandhom iwasslu għall-preżunzjoni li l-proġetti ma jiksrux dawk id-dispożizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16a(4) u 5 ta’ din id-Direttiva. Meta l-miżuri ġodda ta’ mitigazzjoni li jipprevjenu, sal-punt possibli, il-qtil jew it-tfixkil tal-ispeċijiet protetti fl-ambitu tad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE, jew kwalunkwe impatt ambjentali ieħor, ma jkunux ġew ittestjati b’mod wiesa’ fir-rigward tal-effettività tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tagħhom għal proġett pilota wieħed jew aktar għal perjodu ta’ żmien limitat, dment li l-effettività ta’ tali miżuri ta’ mitigazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib u jittieħdu l-passi xierqa minnufih jekk ma jurux li huma effettivi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw fil-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni rinnovabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu l-valutazzjoni li għamlu biex jidentifikaw kull żona deżinjata ta’ aċċelerazzjoni ta’ rinnovabbli abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u biex jidentifikaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Artikolu 15c 2.
Qabel l-adozzjoni tagħhom, il-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għar-rinnovabbli għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), u, jekk x’aktarx iħallu impatt sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000, għal valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE.
Artikolu 15c 3.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu d-daqs ta’ tali żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet u r-rekwiżiti tat-tip jew tipi ta’ teknoloġija li għalihom jistabbilixxu żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Filwaqt li jżommu d-diskrezzjoni li jiddeċiedu dwar id-daqs ta’ dawk iż-żoni, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li d-daqs ikkombinat ta’ dawn iż-żoni jkun sinifikanti u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva. Il-pjanijiet li jiddeżinjaw ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom jiġu rieżaminati perjodikament, kif xieraq, b’mod partikolari fil-kuntest tal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 15c 4.

Sal-21 ta’ Mejju 2024, l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw bħala żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, żoni speċifiċi li jkunu diġà ġew deżinjati bħala żoni adattati għal varar aċċelerat ta’ tip wieħed jew iktar ta’ teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

tali żoni jkunu barra minn siti Natura 2000, żoni deżinjati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità fl-ambitu ta’ skemi nazzjonali ta’ protezzjoni, u rotot migratorji identifikati tal-għasafar;

(b) 

il-pjanijiet li jidentifikaw tali żoni kienu s-suġġett ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE u, meta xieraq, ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(c) 

il-proġetti li jinsabu f’tali żoni jimplimentaw regoli u miżuri xierqa u proporzjonali biex jindirizzaw l-impatti ambjentali negattivi li jistgħu jirriżultaw.

Artikolu 15c 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi u l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 16a għall-proġetti individwali f’żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.