|
+Artikolu 18 3. |
Artikolu 18 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti tagħhom ikunu disponibbli għall-installaturi u għad-disinjaturi tal-forom kollha ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli fil-binjiet, fl-industrija u fl-agrikoltura, għall-installaturi ta’ sistemi fotovoltajċi solari, inkluż il-ħżin tal-enerġija, u għall-installaturi ta’ punti tal-irriċarġjar li jippermettu rispons tad-domanda. Dawk l-iskemi jistgħu jqisu l-iskemi u l-istrutturi eżistenti kif xieraq, u għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni mogħtija minn Stati Membri oħra f’konformità ma’ dawk il-kriterji. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas biex jiżguraw li jkollhom għadd suffiċjenti ta’ installaturi mħarrġa u kwalifikati tat-teknoloġija msemmija fl-ewwel subparagrafu biex imantnu t-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa biex jintlaħqu l-miri differenti stabbiliti f’din id-Direttiva. Sabiex jinkiseb għadd suffiċjenti ta’ installaturi u disinjaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ suffiċjenti li jwasslu għal ċertifikazzjoni jew għal kwalifika u li jkopru t-teknoloġija tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, sistemi fotovoltajċi solari, inkluż il-ħżin tal-enerġija, punti tal-irriċarġjar li jippermettu rispons tad-domanda, u l-aħħar soluzzjonijiet innovattivi tagħhom, sakemm ikunu kompatibbli mal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f’tali programmi ta’ taħriġ, b’mod partikolari minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ftehimiet volontarji mal-fornituri u mal-bejjiegħa tat-teknoloġija rilevanti biex iħarrġu għadd suffiċjenti ta’ installaturi, li jistgħu jkunu bbażati fuq stimi tal-bejgħ, fl-aktar soluzzjonijiet u teknoloġija innovattivi riċenti disponibbli fis-suq. Jekk l-Istati Membri jidentifikaw distakk sostanzjali bejn l-għadd disponibbli u dak meħtieġ ta’ installaturi mħarrġa u kwalifikati, huma għandhom jieħdu miżuri biex jindirizzaw dak id-distakk. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|