+Artikolu 24 4.
|
Artikolu 24 4.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’2,2 punti perċentwali indikattivi bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu mill-2021 sal-2030, billi jibdew mis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-2020, u għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dak il-għan fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klimappreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi espress f’termini ta’ sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali aġġustat għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji normali. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda medja annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-istimi tal-kapaċitajiet ta’ elettriku rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-kwantità ta’ elettriku rinnovabbli użata fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|