+Artikolu 24 Tisħin u tkessiħ distrettwali
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 4a.
---+Artikolu 24 4b.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.

Artikolu 24 Tisħin u tkessiħ distrettwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali tagħhom tingħata b’mod faċli u aċċessibbli lill-konsumaturi finali, bħal fuq kontijiet jew fuq is-siti web tal-fornituri u fuq talba. L-informazzjoni dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli għandha tiġi espressa mill-anqas bħala perċentwal tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ assenjat lill-klijenti ta’ sistema partikolari ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, inkluż l-informazzjoni dwar kemm intużat enerġija biex tiġi kkonsenjata unità waħda ta’ tisħin lill-klijent jew lill-utent finali.
Artikolu 24 2.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa u l-kundizzjonijiet biex jippermettu li l-klijenti tas-sistemi ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali li mhumiex tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, jew li mhumiex tali sistema sal-31 ta' Diċembru 2025 abbażi ta' pjan approvat mill-awtorità kompetenti, biex jiġu skonnettjati billi jiġi tterminat jew modifikat il-kuntratt tagħhom sabiex jipproduċu huma stess tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta' rinnovabbli.

Fil-każ li t-terminazzjoni ta'kuntratt tkun assoċjata ma' skonnesjoni fiżika, tali terminazzjoni tal-kuntratt tista' tkun kundizzjonali fuq il-kumpens għall-ispejjeż direttament imġarrba bħala riżultat tal-iskonnessjoni fiżiku u għall-porzjon mhux deprezzat tal-assi meħtieġa biex tiġi pprovduta s-sħana u l-kesħa lil dak il-klijent.

Artikolu 24 3.
L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu d-dritt ta' skonnessjoni billi jitterminaw jew jimmodifikaw il-kuntratt skont il-paragrafu 2 ma' klijenti li jistgħu juru li s-soluzzjoni ta' provvista alternattiva ppjanata għat-tisħin jew għat-tkessiħ twassal għal riżultati li jkunu b'mod sinifikanti aħjar f'dik li hi prestazzjoni tal-enerġija. Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-soluzzjoni ta' provvista alternattiva tista' tkun ibbażata fuq ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.
Artikolu 24 4.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’2,2 punti perċentwali indikattivi bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodu mill-2021 sal-2030, billi jibdew mis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-2020, u għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dak il-għan fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klimappreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi espress f’termini ta’ sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali aġġustat għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji normali.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda medja annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jgħoddu l-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fiż-żieda annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-istimi tal-kapaċitajiet ta’ elettriku rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-kwantità ta’ elettriku rinnovabbli użata fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 24 4a.
Għall-kalkolu tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli użat fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sehem medju tal-elettriku rinnovabbli fornut fit-territorju tagħhom fis-sentejn preċedenti.

L-Istati Membri b’sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi ta’ sħana u kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ogħla minn 60 % jistgħu jgħoddu kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa ż-żieda medja annwali msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri b’sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi ta’ sħana u kesħa mormija fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ogħla minn 50 % u sa 60 % jistgħu jgħoddu kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa nofs iż-żieda medja annwali msemmija fil- paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw iż-żieda medja annwali msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 24 4b.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali ta’ kapaċità ’l fuq minn 25 MWth ikunu inkoraġġiti li joffru konnessjoni lil fornituri ta’ partijiet terzi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana u kesħa mormija jew li jkunu inkoraġġiti li joffru konnessjoni u jixtru sħana jew kesħa minn sorsi rinnovabbli u minn sħana u kesħa mormija minn fornituri ta’ partijiet terzi abbażi ta’ kriterji mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, fejn tali operaturi jeħtieġ li jagħmlu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

jissodisfaw id-domanda minn klijenti ġodda;

(b) 

jissostitwixxu l-kapaċità eżistenti ta’ ġenerazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa;

(c) 

jespandu l-kapaċità eżistenti ta’ ġenerazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa.

Artikolu 24 5.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil operatur ta’ sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta konnessjoni u x-xiri ta’ sħana jew kesħa minn fornitur ta’ parti terza fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-sistema ma jkollhiex il-kapaċità meħtieġa minħabba provvisti oħra ta’ sħana jew ta’ kesħa minn sorsi rinnovabbli jew ta’ sħana u kesħa mormija;

(b) 

is-sħana jew il-kesħa mill-fornitur terz ma tissodisfax il-parametri tekniċi meħtieġa għall-konnessjoni u biex jiġi żgurat operat affidabbli u sikur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;

(c) 

l-operatur jista’ juri li l-għoti ta’ aċċess iwassal għal żieda eċċessiva fil-kost tat-tisħin jew tat-tkessiħ għall-klijenti finali meta mqabbel mal-kost tal-provvista lokali ewlenija ta’ tisħin jew tkessiħ li magħha jikkompetu s-sors rinnovabbli jew is-sħana u l-kesħa mormija;

(d) 

is-sistema tal-operatur hija sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta operatur ta’ sistema tat-tisħin jew tkessiħ distrettwali jirrifjuta l-konnessjoni lil fornitur tat-tisħin jew tat-tkessiħ skont l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rifjut, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sistema sabiex issir il-konnessjoni, tiġi pprovduta minn dak l-operatur lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċess xieraq għar-rimedju tar-rifjuti inġustifikati.

Artikolu 24 6.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fejn meħtieġ, qafas ta’ koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u s-sorsi potenzjali tas-sħana u l-kesħa mormija fis-setturi industrijali u terzjarji biex jiffaċilitaw l-użu tas-sħana u l-kesħa mormija. Dak il-qafas ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura djalogu fir-rigward tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija li jinvolvi, b’mod partikolari:

(a) 

l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali;

(b) 

l-intrapriżi tas-settur industrijali u terzjarju li jiġġeneraw sħana u kesħa mormija li jistgħu jiġu rkuprati b’mod ekonomiku permezz ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, bħaċ-ċentri tad-data, l-impjanti industrijali, il-binjiet kummerċjali kbar, il-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija u t-trasport pubbliku;

(c) 

l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-ippjanar u għall-approvazzjoni tal-infrastrutturi tal-enerġija;

(d) 

l-esperti xjentifiċi li qed jaħdmu fuq l-aħħar sistemi mill-aktar avvanzati tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; u

(e) 

il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli involuti fit-tisħin u t-tkessiħ.

Artikolu 24 7.
Id-dritt ta' skonnessjoni billi jitterminaw jew jimmodifikaw il-kuntratt tagħhom skont il-paragrafu 2 jista' jiġi eżerċitat mill-klijenti individwali, minn impriżi konġunti magħmula minn klijenti jew minn partijiet li jaġixxu f'isem il-klijenti. Għal blokok ta' appartamenti multipli, tali skonnessjoni tista' tiġi eżerċitata biss fuq il-livell tal-bini kollu f'konformità mal-liġi tad-djar applikabbli.
Artikolu 24 8.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li skontu l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku jivvalutaw mill-anqas kull erba’ snin, f’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali fl-oqsma rispettivi tagħhom, il-potenzjal għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jipprovdu servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi ta’ sistemi oħra, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin termiku ta’ elettriku żejjed minn sorsi rinnovabbli, u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikunx aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti mis-soluzzjonijiet alternattivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jqisu kif xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu fl-ippjanar tal-grilja, fl-investiment fil-grilja u fl-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżguraw li s-servizzi ta’ bbilanċjar, ħżin u flessibbiltà oħra, bħar-rispons għad-domanda, ipprovduti mill-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali, ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ koordinazzjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks tal-enerġija oħrajn.

Artikolu 24 9.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-konsumaturi u r-regoli għat-tħaddim tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali f’konformità ma’ dan l-Artikolu jkunu definiti b’mod ċar u infurzati mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 24 10.

Stat Membru ma għandux ikun mitlub japplika l-paragrafi 2 sa 9 meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-sehem tiegħu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali kien anqas minn jew daqs 2 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fl-24 ta’ Diċembru 2018;

(b) 

is-sehem tiegħu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jiżdied għal aktar minn 2 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fl-24 ta’ Diċembru 2018 bl-iżvilupp tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti ġdid ibbażat fuq il-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar- Regolament (UE) 2018/1999, u f’konformita’ miegħu- u mal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1b) ta’ din id-Direttiva;

(c) 

90 % tal-konsum finali gross tal-enerġija fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jseħħ f’sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.