|
+Artikolu 29 7b. |
Artikolu 29 7b.Bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat finali tagħhom għall-enerġija u l-klima li se jippreżentaw sat-30 ta’ Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
valutazzjoni tal-provvista interna tal-bijomassa tal-foresti disponibbli għall-finijiet ta’ enerġija fl-2021-2030 f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu;
(b)
valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-użu projettat tal-bijomassa tal-foresti għall-produzzjoni tal-enerġija mal-miri u mal-baġits tal-Istati Membri għall-2026 sa 2030 stipulati fl-Artikolu 4 of tar-Regolament (UE) 2018/841; u
(c)
deskrizzjoni tal-miżuri u tal-politiki nazzjonali li jiżguraw il-kompatibbiltà ma’ dawk il-miri u dawk il-baġits. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni rigward il-miżuri u l-politiki msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|