+Artikolu 29 Kriterji tas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-bijokarburanti, l-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 7a.
---+Artikolu 29 7b.
---+Artikolu 29 8.
---+Artikolu 29 9.
---+Artikolu 29 10.
---+Artikolu 29 11.
---+Artikolu 29 12.
---+Artikolu 29 13.
---+Artikolu 29 14.
---+Artikolu 29 15.
|
Artikolu 29 Kriterji tas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-bijokarburanti, l-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan is-subparagrafu biss jekk tissodisfa l-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10:
▼M2
(a)
il-kontribut lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri u l-miri msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Artikolu 15a(1), l-Artikolu 22a(1), l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(4), u l-Artikolu 25(1);
▼B
(b)
il-kejl tal-konformità mal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-obbligu stipulat fl-Artikolu 25;
(c)
l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta' bijokarburanti u bijolikwidi, bijokarburanti u karburanti mill-bijomassa.
Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, mill-akwakultura, mis-sajd u mill-forestrija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafu 10 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. F’każ ta’ skart imħallat, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-operaturi japplikaw sistemi ta’ separazzjoni tal-iskart imħallat li għandhom l-għan li jneħħu l-materjali fossili. Dan is-subparagrafu għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati f’bijokarburanti, f’bijolikwidi u f’karburanti tal-bijomassa. Elettriku, tisħin u tkessiħ prodotti minn skart solidu muniċipali m'għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fil-paragrafu 10. Il-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 jekk jintużaw:
(a)
fil-każ ta’ karburanti tal-bijomassa solida, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ 7,5 MW jew aktar;
(b)
fil-każ ta’ karburanti ta’ bijomassa gassuża, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ 2 MW jew aktar;
(c)
fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu karburanti ta’ bijomassa gassuża bir-rata medja tal-fluss tal-bijometan li ġejja:
(i)
aktar minn 200 m3 ta’ ekwivalenti ta’ metan/siegħa mkejjel f’kundizzjonijiet standard ta’ temperatura u pressjoni, jiġifieri 0 °C u pressjoni atmosferika ta’ 1 bar;
(ii)
jekk il-bijogass ikun magħmul minn taħlita ta’ metan u gass ieħor mhux kombustibbli, għar-rata tal-fluss tal-metan, il-limitu stabbilit fil-punt (i) ikkalkulat mill-ġdid b’mod proporzjonali għas-sehem volumetriku tal-metan fit-taħlita.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali jew rata ta’ fluss tal-bijometan aktar baxxi. Il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 għandhom japplikaw indipendentement mill-oriġini ġeografika tal-bijomassa.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-iskart u r-residwi mhux mill-foresterija iżda minn art agrikola għandhom jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss fejn l-operaturi jew l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta' monitoraġġ jew ta' ġestjoni sabiex jindirizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija u l-karbonju fil-ħamrija. Informazzjoni dwar kif l-impatti jiġu mmonitorjati u ġestiti għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 30(3).
|
|
Artikolu 29 3.
|
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli f’termini ta’ bijodiversità, jiġifieri art li f’Jannar 2008 jew warajh kellha status wieħed minn dawn li ġejjin, indipendentement mill-fatt li l-art għad għandha jew le dak l-istatus:
(a)
foresta primarja u art msaġġra oħra, jiġifieri foresta u art imsaġġra oħra ta’ speċijiet nattivi, fejn ma hemmx indikazzjoni viżibbli b’mod ċar ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti; u foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta;
(b)
foresta b’bijodiversità għolja u art imsaġġra oħra rikka fl-ispeċijiet u mhux degradata, u li tkun ġiet identifikata bħala foresta b’bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma ħolqotx interferenza ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;
(c)
żoni deżinjati:
(i)
mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura; jew
(ii)
għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom f’konformità mal-Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura;
(d)
art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja ta’ aktar minn ettaru li huwa:
(i)
naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li se tibqa’ tali fl-assenza ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew
(ii)
mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax tali u li hija rikka bi speċijiet u mhux degradata u li ġiet identifikata bħala li għandha bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tingħatax evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tagħha ta’ art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja; jew
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punti (a)(vi) u (vii), ma jiġux issodisfati, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-punt (c), japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti. Il-Kummissjoni tista’ taddotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar il-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat liema art bil-ħaxix għandha tkun koperta mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).
|
|
Artikolu 29 4.
|
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b'ħażna għolja ta' karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f'Jannar 2008 u li m'għadx għandha dak l-istatus:
(a)
artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;
(b)
żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ;
(c)
art fuq firxa ikbar minn ettaru b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta' karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V, il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfatti.
Dan il-paragrafu m'għandhomx japplikaw jekk, fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f'Jannar 2008. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a)(vi) u (vii) ma jiġux issodisfati, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-punt (b) u (c), u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li f’Jannar 2008 kienet torbiera, sakemm ma tingħatax evidenza li turi li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma jinvolvux id-drenaġġ ta’ ħamrija li qabel ma jkunx sarilha drenaġġ. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a)(vi) u (vii) ma jiġux issodisfati, dan il-paragrafu japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' użu tal-bijomassa forestali li ġejja minn produzzjoni mhux sostenibbli:
(a)
il-pajjiż li fih tkun inħasdet il-bijomassa forestali għandu liġijiet nazzjonali u/jew sottonazzjonali applikabbli għall-qasam tal-ħsad kif ukoll sistemi ta' monitoraġġ u infurzar fis-seħħ li jiżguraw li:
(i)
il-legalità tal-operazzjonijiet tal-ħsad;
(ii)
ir-riġenerazzjoni tal-foresta fiż-żoni tal-ħsad;
▼M2
(iii)
li ż-żoni deżinjati mil-liġijiet internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, art bil-ħaxix, art xagħrija u torbiera, ikunu protetti bil-għan li tiġi kkonservata l-bijodiversità u impedita l-qerda tal-ħabitat;
(iv)
li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, bil-għan li jiġi impedit kwalunkwe impatt negattiv, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji, u tal-foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli, li l-ħsad isir f’konformita’ mal-limiti massimi relatati mat-tqaċċit totali tas-siġar fuq żona estiża kif definit fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta u l-limiti ta’ konservazzjoni xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef u li l-ħsad isir f’konformita’ mar-rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità;
▼B
(v)
il-ħsad iżomm jew itejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta;
▼M2
(vi)
li l-foresti li fihom tinħasad il-bijomassa tal-foresti ma jinsabux fuq l-artijiet li għandhom l-istatus imsemmi fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b), (d) u (e), fil-paragrafu 4, il-punt (a), u fil-paragrafu 5, rispettivament fl-istess kundizzjonijiet ta’ determinazzjoni tal-istatus tal-art speċifikata f’dawk il-paragrafi; u
(vii)
li l-installazzjonijiet li jipproduċu l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa mill-bijomassa tal-foresti joħorġu dikjarazzjoni ta’ aċċertament, mirfuda mill-proċessi interni fil-livell tal-kumpaniji, għall-finijiet tal-awditjar li jsir skont l-Artikolu 30(3), skont liema l-bijomassa tal-foresti ma tkunx ġejja mill-artijiet imsemmija fil-punt (vi) ta’ dan is-subparagrafu.
▼B
(b)
meta l-evidenza msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jekk ikunu hemm fis-seħħ sistemi tal-ġestjoni fil-livell ta' żona ta' sors tal-foresta sabiex jiġu żgurati:
(i)
il-legalità tal-operazzjonijiet tal-ħsad;
(ii)
ir-riġenerazzjoni tal-foresta fiż-żoni tal-ħsad;
▼M2
(iii)
li ż-żoni deżinjati mil-liġijiet internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, art bil-ħaxix, art xagħrija u torbiera, ikunu protetti bil-għan li tiġi kkonservata l-bijodiversità u impedita l-qerda tal-ħabitat, sakemm ma tingħatax evidenza li l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;
(iv)
li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità, skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, bil-għan li jiġi impedit kwalunke impatt negattiv, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji, u tal-foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamrija vulnerabbli, li l-ħsad isir f’konformita’ mal-limiti massimi relatati mat-tqaċċit totali tas-siġar fuq żona estiża kif definit fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, u l-limiti ta’ konservazzjoni xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef u li l-ħsad isir f’konformita’ mar-rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw kwalunke impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità; u
▼B
(v)
li l-ħsad iżomm jew itejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti l-kriterji li ġejjin dwar l-użu tal-art, bidla fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) li ġejjin:
▼C1
(a)
il-pajjiż jew l-organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali tal-oriġini tal-bijomassa forestali huma Parti għall-Ftehim ta’ Pariġi u:
(i)
ippreżentaw kontribut determinat fil-livell nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art bl-iżgurar li kwalunkwe tibdil fil-ħażna tal-karbonju assoċjata ma’ ħsad tal-bijomassa hija kontabbilizzata lejn l-impenn tal-pajjiż biex inaqqas jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif speċifikat fin-NDC; jew
(ii)
għandhom fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Pariġi, applikabbli għall-qasam tal-ħsad, biex jikkonservaw u jsaħħu
►C2
l-ħażniet u l-bjar tal-karbonju, ◄ u li jipprovdu evidenza li l-emissjonijiet rrappurtati mis-setturi tal-LULUCF ma jeċċedux l-assorbimenti;
▼B
(b)
fejn l-evidenza msemmija fil-punt (a) ta' dan il-pararafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jekk ikun hemm fis-seħħ sistemi tal-ġestjoni fil-livell ta' żona ta' sors tal-foresta sabiex jiġi żgurat li l-livelli
►C2
tal-ħażniet u l-bjar tal-karbonju ◄ fil-foresta jinżammu, jew jissaħħu fuq perijodu fit-tul.
|
|
Artikolu 29 7a.
|
Il-produzzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa mill-bijomassa tal-foresti interna għandha tkun konsistenti mal-impenji u mal-miri tal-Istati Membri stipulati fl-Artikolu 4 of tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
24
) u mal-politiki u mal-miżuri deskritti mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 29 7b.
|
Bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat finali tagħhom għall-enerġija u l-klima li se jippreżentaw sat-30 ta’ Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
valutazzjoni tal-provvista interna tal-bijomassa tal-foresti disponibbli għall-finijiet ta’ enerġija fl-2021-2030 f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu;
(b)
valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-użu projettat tal-bijomassa tal-foresti għall-produzzjoni tal-enerġija mal-miri u mal-baġits tal-Istati Membri għall-2026 sa 2030 stipulati fl-Artikolu 4 of tar-Regolament (UE) 2018/841; u
(c)
deskrizzjoni tal-miżuri u tal-politiki nazzjonali li jiżguraw il-kompatibbiltà ma’ dawk il-miri u dawk il-baġits.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni rigward il-miżuri u l-politiki msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 29 8.
|
Sal-31 ta' Jannar 2021 il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-gwida operattiva fuq l-evidenza li turi l-konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).
|
|
Artikolu 29 9.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kriterji stipulati fil-paragrafi 6 u 7 jimminimizzawx b'mod effettiv ir-riskju tal-użu tal-bijomassa forestali li ġejja minn produzzjoni mhux sostenibbli u tindirizza l-kriterji tal-LULUCF, abbażi tad-data disponibbli. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda l-kriterji stipulati fil-paragrafi 6 u 7 għall-perijodu ta' wara l-2030.
|
|
Artikolu 29 10.
|
L-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun:
(a)
mill-anqas ta' 50 % għal bijokarburanti, bijogass ikkonsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi prodotti f'installazzjonijiet li jkunu joperaw fil-5 ta' Ottubru 2015 jew qabel;
(b)
mill-anqas ta' 60 % għal bijokarburanti, bijogass ikkonsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw mis-6 ta' Ottubru 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020;
(c)
mill-anqas ta' 65 % għal bijokarburanti, bijogass ikkonsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2021;
▼M2
(d)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet li bdew joperaw wara l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 80 %;
(e)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata ugwali għal 10 MW jew aktar li bdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 2021 u l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 70 % sal-31 ta’ Diċembru 2029, u mill-inqas 80 % mill-1 ta’ Jannar 2030;
(f)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa gassużi użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali ugwali għal 10 MW jew anqas li bdew joperaw bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 70 % qabel ma operaw għal 15-il sena ta’ operat, u mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena;
(g)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata ugwali għal 10 MW jew aktar li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 2021, mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena, sa mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029;
(h)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa gassużi użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali ugwali għal 10 MW jew anqas li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 2021, mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026.
▼B
Installazzjoni għandha titqies li qed topera jekk tkun bdiet il-produzzjoni fiżika ta' bijokarburanti, bijogass ikkunsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi, u l-produzzjoni fiżika ta' tisħin u tkessiħ u ta' elettriku mill-karburanti mill-bijomassa. L-iffrankar ta' emissjonijiet ta' gass serra li jirriżulta mill-użu ta' bijokarburanti, bijogass ikkunsmat fis-settur tat-trasport, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa użati f'installazzjonijiet li jipproduċu t-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 31(1).
|
|
Artikolu 29 11.
|
L-elettriku mill-karburanti mill-bijomassa għandu jitqies għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss jekk jissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
huwa prodott f'installazzjonijiet b'input termiku nominali otali ta' inqas minn 50 MW;
(b)
għal installazzjonijiet b'input termiku nominali totali ta' bejn 50 u 100 MW, huwa prodott bl-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew, għal installazzjonijiet ta' elettriku biss, li jilħqu livell ta' effiċjenza fl-enerġija assoċjat mal-aħjar tekniki disponibbli (BAT-AEELs) kif definit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 (
25
);
(c)
għal installazzjonijiet b'input termiku nominali totali ta' iktar minn 100 MW, huwa prodott bl-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew, għal installazzjonijiet tal-elettriku biss, li jiksbu effiċjenza elettrika netta mil-lanqas ta' 36 %;
(d)
huwa prodott bl-applikazzjoni tal-Ġbir u l-Ħżin tal-CO2 mill-Bijomassa.
Għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-installazzjonijiet tal-elettriku bissgħandhom jitqiesu biss jekk ma jużawx karburanti fossili bħala karburant ewlieni u biss jekk ma ma jkun hemm l-ebda potenzjal kosteffikaċi għall-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont il-valutazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dan il-paragrafu għadu japplika biss għal installazzjonijiet li jibdew joperaw jew jiġu konvertiti għall-użu ta' karburanti mill-bijomassa wara l-25 ta' Diċembru 2021. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-appoġġ pprovdut taħt skemi ta' appoġġ approvati skont l-Artikolu 4 sal-25 ta' Diċembru 2021. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti ogħla ta' effiċjenza enerġetika minn dawk msemmija fl-ewwel subparagrafu għal installazzjonijiet b'input termiku nominali aktar baxx. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-elettriku minn installazzjonijiet li huma s-suġġett ta' notifika speċifika minn Stat Membru lill-Kummissjoni abbażi ta' eżistenza sostanzjata ta' riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Wara valutazzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tqis l-elementi inklużi hemmhekk.
|
|
Artikolu 29 12.
|
Għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25 u 26,l-Istati Membri ma għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għal raġunijiet oħra ta' sostenibbiltà, bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti miksuba f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-appoġġ pubbliku mogħti taħt skemi ta'appoġġ approvati qabel l-24 ta' Diċembru 2018.
|
|
Artikolu 29 13.
|
Għall-finijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw, għal perijodu perijodu ta' żmien limitat, mill-kriterji stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 u 11 ta' dan l-Artikolu billi jadottaw kriterji differenti għal:
▼M2
(a)
installazzjonijiet li jinsabu f’reġjun ultraperiferiku kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE sa fejn tali faċilitajiet jipproduċu elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn karburanti mill-bijomassa u mill-bijolikwidi jew jipproduċu bijokarburanti; u
(b)
karburanti mill-bijomassa u bijolikwidi użati fl-installazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu u bijokarburanti prodotti f’dawk l-installazzjonijiet, irrispettivament mill-post ta’ oriġini ta’ dik il-bijomassa, sakemm tali kriterji jkunu oġġettivament iġġustifikati għal raġunijiet li l-għan tagħhom huwa jiżguraw, għal dan ir-reġjun ultraperiferiku, aċċess għal enerġija sikura u bla periklu u introduzzjoni gradwali bla xkiel tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 u 11 ta’ dan l-Artikolu u b’hekk jinċentivaw it-tranżizzjoni mill-karburanti fossili għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa sostenibbli.
▼B
Il-kriterji differenti msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu soġġetti għal notifika speċifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 29 14.
|
Għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabblilixu kriterji addizzjonali dwar is-sostenibbiltà għall-bijokarburanti mill-bijomassa. Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt li tali kriterji addizzjonali jista' jkollhom fuq is-suq intern, akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposta biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 29 15.
|
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, l-enerġija mill-bijokarburanti, mill-bijolikwidi u mill-karburanti tal-bijomassa tista’ wkoll titqies għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, meta:
(a)
l-appoġġ ikun ingħata qabel l-20 ta’ Novembru 2023 f’konformita’ mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29 fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2020; u
(b)
l-appoġġ ikun ingħata fil-forma ta’ appoġġ fit-tul li għalih ammont fiss ikun ġie ddeterminat fil-bidu tal-perjodu ta’ appoġġ u dment li jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jiżgura l-assenza ta’ kumpens eċċessiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|