|
+Artikolu 30 2. |
Artikolu 30 2.Meta kunsinna tkun ipproċessata, l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-kunsinna għandhom jiġu aġġustati u assenjati għall-output skont ir-regoli li ġejjin:
(a)
meta l-ipproċessar ta’ kunsinna ta’ materja prima jirriżulta biss f’output waħda li hi maħsuba għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti mill-bijomassa, karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, jew karburanti tal-karbonju riċiklat, id-daqs tal-kunsinna u l-kwantitajiet relatati tas-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jiġu aġġustati bl-applikazzjoni ta’ fattur ta’ konverżjoni li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-massa tal-output li hi maħsuba għal tali produzzjoni u l-massa tal-materja prima li tidħol fil-proċess;
(b)
meta l-ipproċessar ta’ kunsinna ta’ materja prima jirriżulta f’aktar minn output wieħed li hu maħsub għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa, karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, jew karburanti tal-karbonju riċiklat, għal kull output għandu jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni separat u għandu jintuża bilanċ tal-massa separat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|