Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Parti C għall-Anness V u l-Parti B għall-Anness VI, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li jinkludu definizzjonijiet, fatturi ta' konverżjoni, kalkoli tal-emissjonijiet annwali mill-kultivazzjoni jew iffrankar tal-emissjonijiet ikkawżat mill-bidliet ta' hawn fuq u
►C2
ħażniet tal-karbonju
◄ ta' taħt l-art li diġà jinsabu f'art ikkultivata, kalkolu tal-iffrankar mill-emissjonijiet mill-qabda tal-CO
2, is-sostituzzjoni tal-CO
2 u l-ħażna ġeoloġika tal-CO
2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).