+Artikolu 31 Kalkolu tal-impatt tal-gass serra ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.

Artikolu 31 Kalkolu tal-impatt tal-gass serra ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 29(10), l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass serra mill-użu ta' bijokarburant, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa għandu jkun ikkalkulat b'waħda mill-modi li ġejjin:

(a) 

fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass serra għall-mogħdija ta' produzzjoni hija stipulata fil-Parti A jew B tal-Anness V għal bijokarburanti u bijolikwidi u fil-parti A tal-Anness VI għal karburanti mill-bijomassa fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti jew bijolikwidi kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness V u għal dawk il-karburanti mill-bijomassa kkalkulati skont il-punt 7 tal-Parti B tal-Anness VI huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;

(b) 

bl-użu ta' valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V għal bijokarburanti u bijolikwidi u fil-parti B tal-Anness VI għall-karburanti mill-bijomassa;

(c) 

billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formuli msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness V, fejn l-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness V jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V, huma użati għall-fatturi l-oħra kollha;

(d) 

billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formoli msemmija fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness VI, fejn l-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti C tal-Anness VI jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stipulata fil-Parti B tal-Anness VI, huma użati għall-fatturi l-oħra kollha.

Artikolu 31 2.
L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti li jinkludu tagħrif dwar l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola taż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ). Dawk ir-rapporti għandhom jiġu akkumpanjati minn deskrizzjoni tal-metodu u tar-sorsi tad-data użati biex jiġi kkalkulat il-livell tal-emissjonijiet. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta' materja prima.
Artikolu 31 3.
Fil-każ tat-territorji barra l-Unjoni, rapporti ekwivalenti għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 u mfasslin minn korpi kompetenti, jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.
Artikolu 31 4.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tiddeċiedi li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jkun fihom data preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta' materja prima ta' bijomassa agrikola prodotti fiż-żoni inklużi fit-tali rapporti għall-finijiet tal-Artikolu 29(10). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

Dik id-data tista', skont tali deċiżjonijiet tintuża minflok valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni stipulata fil-Parti D jew E tal-Anness V għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi u fil-Parti C tal-Anness VI għall-karburanti mill-bijomassa.

Artikolu 31 5.
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Annessi V u VI bil-ħsieb, fejn iġġustifikat li żżid jew tirrevedi l-valuri għall-mogħdijiet tal-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa. Dawk ir-reviżjonijiet għandhom tqis ukoll il-modifikar tal-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V, u fil-Parti B tal-Anness VI.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex temenda, fejn xieraq, l-Annessi V u VI billi żżid jew tirrevedi dawk il-valuri jew billi timmodifika dik il-metodoloġija.

Fil-każ ta' kull adattament ta' jew żieda fil-lista ta' valuri awtomatiċi fl-Annessi V u VI:

(a) 

fejn il-kontribut ta' fattur għall-emissjonijiet globali huwa żgħir, fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta' proċessi ta' produzzjoni normali;

(b) 

fil-każijiet l-oħra kollha, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta' produzzjoni normali.

Artikolu 31 6.
Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Parti C għall-Anness V u l-Parti B għall-Anness VI, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li jinkludu definizzjonijiet, fatturi ta' konverżjoni, kalkoli tal-emissjonijiet annwali mill-kultivazzjoni jew iffrankar tal-emissjonijiet ikkawżat mill-bidliet ta' hawn fuq u ►C2  ħażniet tal-karbonju ◄ ta' taħt l-art li diġà jinsabu f'art ikkultivata, kalkolu tal-iffrankar mill-emissjonijiet mill-qabda tal-CO2, is-sostituzzjoni tal-CO2 u l-ħażna ġeoloġika tal-CO2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.