6. Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhom japplikaw għall-ebda fornitur ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti li matul is-sena kalendarja preċedenti kellu medja ta' anqas minn 50 persuna li jaħdmu għalih u li huma involuti fl-għoti tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit dak il-fornitur, sakemm dak il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tinkludi fil-limitu minimu ta' 50 persuna, il-persuni li jaħdmu għas-sottokuntratturi tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti.