+Artikolu 4 L-għoti tal-informazzjoni
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7

Artikolu 4 L-għoti tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Il-fornituri kollha tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx diġà talbitha u rċevietha:

(a)

isimhom, l-istatus u l-forma ġuridika tagħhom, in-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru simili, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tagħhom, l-indirizz tal-istabbiliment tagħhom u d-dettalji ta' kuntatt ta'persuna ta' kuntatt;

(b)

il-karatteristiċi, u, fejn possibbli, deskrizzjoni dettaljata, tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti offruti minnhom;

(c)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tagħhom għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, inklużi dettalji tal-proċeduri ta' lment għall-utenti u kwalunkwe limitazzjoni potenzjali ta' responsabbiltà.

Artikolu 4 2

2.   Il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jinformaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum.

Artikolu 4 3

3.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja, il-fornituri kollha tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx diġà talbitha u rċevietha din l-informazzjoni:

(a)

il-fatturat annwali f'servizzi tal-konsenja tal-pakketti għas-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti, maqsum f'servizzi tal-konsenja tal-pakketti domestiċi, dawk transkonfini li jkunu daħlu fil-pajjiż u dawk li jkunu ħarġu minnu;

(b)

l-għadd ta' persuni li jaħdmu għalihom matul is-sena kalendarja preċedenti involuti fl-għoti ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fihom huma stabbiliti, inkluża analiżi maqsuma li turi l-għadd ta' persuni skont l-istatus ta' impjieg, u b'mod partikolari,dawk li jaħdmu fuq bażi full-time u part-time, dawk li huma impjegati temporanji u dawk li jaħdmu għal rashom;

(c)

l-għadd tal-pakketti mmaniġġati matul is-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, maqsuma f'pakketti domestiċi, dawk transkonfini li jkunu daħlu fil-pajjiż u dawk li jkunu ħarġu minnu.

(d)

l-ismijiet tas-sottokuntratturi tagħhom, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni fil-pussess tagħhom li tikkonċerna l-karatteristiċi tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti pprovduti minn dawk is-sottokuntratturi.

(e)

fejn disponibbli, kwalunkwe lista ta' prezzijiet aċċessibbli għall-pubbliku applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għal servizzi tal-konsenja tal-pakketti.

Artikolu 4 4

4.   Sat-23 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxi formula għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 4 5

5.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 dment li jkunu meħtieġa u proporzjonati.

Artikolu 4 6

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhom japplikaw għall-ebda fornitur ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti li matul is-sena kalendarja preċedenti kellu medja ta' anqas minn 50 persuna li jaħdmu għalih u li huma involuti fl-għoti tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit dak il-fornitur, sakemm dak il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tinkludi fil-limitu minimu ta' 50 persuna, il-persuni li jaħdmu għas-sottokuntratturi tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti.

Artikolu 4 7

7.   Minkejja l-paragrafu 6, awtorità regolatorja nazzjonali tista' titlob l-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafi 1 sa 5 mingħand kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li, matul is-sena kalendarja preċedenti, ikun impjega medja ta' bejn 25 u 49 persuna fejn l-ispeċifiċitajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu jeħtieġu hekk u dment li jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.05.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0644
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.