+Artikolu 6 Il-valutazzjoni tat-tariffi transkonfini għal-pakketti individwali
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
|
Artikolu 6 Il-valutazzjoni tat-tariffi transkonfini għal-pakketti individwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Abbażi tal-listi pubbliċi ta' tariffi miksuba skont l-Artikolu 5, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tidentifika, għal kull oġġetti postali individwali elenkat fl-Anness, it-tariffi transkonfini tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li joriġina fl-Istat Membru tagħha u li huma soġġetti għal obbligu ta' servizz universali li l-awtorità regolatorja nazzjonali oġġettivament tqis li għandha tivvaluta.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha b'mod oġġettiv tevalwa, f'konformità mal-prinċipji fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 97/67/KE, it-tariffi transkonfini identifikati taħt il-paragrafu 1 sabiex tidentifika dawk it-tariffi transkonfini li hija tqis li huma għoljin b'mod mhux raġonevoli. F'dik il-valutazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha b'mod partikolari tqis l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
it-tariffi domestiċi u kwalunkwe tariffa rilevanti oħra tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti komparabbli fl-Istat Membru tal-oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;
|
|
(b)
|
kwalunkwe applikazzjoni ta' tariffa uniformi lil żewġ Stati Membri jew aktar;
|
|
(c)
|
il-volumi bilaterali, l-ispejjeż speċifiċi ta' trasport jew immaniġġar, spejjeż rilevanti oħrajn u standards ta' kwalità tas-servizz;
|
|
(d)
|
l-impatt probabbli tat-tariffi transkonfini applikabbli fuq l-utenti individwi u l-'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, inklużi dawk li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, u fuq l-utenti individwali b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa, meta jkun possibbli u mingħajr ma jiġi impost piż sproporzjonat.
|
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Minbarra l-elementi fil-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista', meta tqis li dan ikun meħtieġ, b'mod partikolari tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
jekk it-tariffi jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni tal-prezzijiet skont il-liġi nazzjonali;
|
|
(b)
|
abbużi ta' pożizzjoni dominanti fis-suq stabbiliti skont il-liġi applikabbli rilevanti.
|
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida dwar il-metodoloġija li għandha tintuża fir-rigward tal-elementi elenkati fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, meta tqis li jkun meħtieġ, titlob kwalunkwe evidenza rilevanti ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk it-tariffi li tkun meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. L-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tingħata lill-awtorità regolatorja nazzjonali fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba, flimkien ma' kwalunkwe ġustifikazzjoni tat-tariffi li jkunu qed jiġu vvalutati.
|
|
Artikolu 6 7
|
7. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja rilevanti. Barra minn hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali ta' dik il-valutazzjoni lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 6 8
|
8. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.05.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0644
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|