|
+Artikolu 1 2. |
Artikolu 1 2.Dan ir-Regolament jimmira wkoll li:
(a)
jikkontribwixxi għall-politika usa' tal-avjazzjoni tal-Unjoni u għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tas-settur tal-avjazzjoni ċivili;
(b)
jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment ħieles tal-merkanzija, il-persuni, is-servizzi u l-kapital filwaqt li jipprovdi kondizzjonijiet indaqs għall-atturi kollha fis-suq intern tal-avjazzjoni, u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni;
(c)
jikkontribwixxi għal livell għoli u uniformi ta' protezzjoni ambjentali;
(d)
jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment tal-merkanzija, is-servizzi u l-persunal madwar id-dinja, billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u l-awtoritajiet ta' avjazzjoni tagħhom, u billi jippromwovi l-aċċettazzjoni reċiproka ta' ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra;
(e)
jippromwovi l-kosteffiċjenza, billi fost l-oħrajn jevita d-duplikazzjoni, u jippromwovi l-effettività fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza kif ukoll l-użu effiċjenti ta' riżorsi relatati fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali;
(f)
jikkontribwixxi, fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, biex jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta' sigurtà tal-avjazzjoni ċivili;
(g)
jassisti lill-Istati Membri, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jwettqu l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago, billi tiġi żgurata interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni uniformi u f'waqtha tad-dispożizzjonijiet tiegħu, kif xieraq;
(h)
jippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;
(i)
jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, inter alia fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza;
(j)
jippromwovi, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, l-interoperabbiltà teknika u operazzjonali u l-qsim tal-aħjar prattiki amministrattivi;
(k)
jappoġġa l-kunfidenza tal-passiġġieri f'avjazzjoni ċivili sikura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|