+Artikolu 1 Suġġett u objettivi
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.

Artikolu 1 Suġġett u objettivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
L-objettiv prinċipali ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit u jinżamm livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.
Artikolu 1 2.

Dan ir-Regolament jimmira wkoll li:

(a) 

jikkontribwixxi għall-politika usa' tal-avjazzjoni tal-Unjoni u għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tas-settur tal-avjazzjoni ċivili;

(b) 

jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment ħieles tal-merkanzija, il-persuni, is-servizzi u l-kapital filwaqt li jipprovdi kondizzjonijiet indaqs għall-atturi kollha fis-suq intern tal-avjazzjoni, u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni;

(c) 

jikkontribwixxi għal livell għoli u uniformi ta' protezzjoni ambjentali;

(d) 

jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment tal-merkanzija, is-servizzi u l-persunal madwar id-dinja, billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u l-awtoritajiet ta' avjazzjoni tagħhom, u billi jippromwovi l-aċċettazzjoni reċiproka ta' ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra;

(e) 

jippromwovi l-kosteffiċjenza, billi fost l-oħrajn jevita d-duplikazzjoni, u jippromwovi l-effettività fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza kif ukoll l-użu effiċjenti ta' riżorsi relatati fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali;

(f) 

jikkontribwixxi, fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, biex jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta' sigurtà tal-avjazzjoni ċivili;

(g) 

jassisti lill-Istati Membri, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jwettqu l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago, billi tiġi żgurata interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni uniformi u f'waqtha tad-dispożizzjonijiet tiegħu, kif xieraq;

(h) 

jippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(i) 

jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, inter alia fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza;

(j) 

jippromwovi, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, l-interoperabbiltà teknika u operazzjonali u l-qsim tal-aħjar prattiki amministrattivi;

(k) 

jappoġġa l-kunfidenza tal-passiġġieri f'avjazzjoni ċivili sikura.

Artikolu 1 3.

L-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintlaħqu, fost l-oħrajn, billi:

(a) 

jitħejjew, jiġu adottati u jiġu applikati b'mod uniformi l-atti meħtieġa kollha;

(b) 

jittieħdu miżuri biex jittejbu l-istandards tas-sikurezza;

(c) 

jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament, u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ikunu validi u rikonoxxuti madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali;

(d) 

jiġu żviluppati, bl-involviment ta' korpi ta' standardizzazzjoni u korpi oħra tal-industrija, standards tekniċi dettaljati li għandhom jintużaw bħala mezz ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti ta' implimentazzjoni u delegati adottati abbażi tiegħu, meta dan ikun xieraq;

(e) 

tiġi stabbilita Aġenzija għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) indipendenti;

(f) 

jiġu implimentati b'mod uniformi l-atti meħtieġa kollha mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mill-Aġenzija fl-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom;

(g) 

tinġabar, tiġi analizzata u tiġi skambjata informazzjoni sabiex jiġi appoġġat it-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi ta' evidenza;

(h) 

jitwettqu inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni u ta' promozzjoni, fosthom taħriġ, komunikazzjoni u tqassim ta' informazzjoni rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.