|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“sorveljanza” tfisser il-verifika, mill-awtorità kompetenti jew f'isimha, fuq bażi kontinwa li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, inkluż ir-rekwiżiti li abbażi tagħhom ikun inħareġ ċertifikat jew li fir-rigward tagħhom tkun saret dikjarazzjoni, ikomplu jiġu rrispettati;
(2)
“Konvenzjoni ta' Chicago” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;
(3)
“prodott” tfisser inġenju tal-ajru, magna jew skrun;
(4)
“part” tfisser kwalunkwe element ta' prodott, kif definit mid-disinn tat-tip ta' dak il-prodott;
(5)
“ATM/ANS” tfisser il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/2803 u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll il-funzjonijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament u s-servizzi li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni u l-ipproċessar ta’ data u fl-ifformattjar u l-forniment ta’ data lit-traffiku tal-ajru ġenerali għall-fini tan-navigazzjoni bl-ajru;
(6)
“kostitwenti tal-ATM/ANS” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabbiltà tal-EATMN;
(7)
“sistema tal-ATM/ANS” tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażati fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li jipprovdi appoġġ għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għall-fażijiet kollha ta' titjira;
(8)
(9)
“ċertifikazzjoni” tfisser kwalunkwe forma ta' rikonoxximent f'konformità ma' dan ir-Regolament, abbażi ta' valutazzjoni xierqa, li persuna fiżika jew ġuridika, prodott, part, tagħmir mhux installat, tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, ajrudrom, tagħmir ta' ajrudrom relatat mas-sikurezza, sistema tal-ATM/ANS, kostitwent tal-ATM/ANS jew apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat li juri konformità bħal din;
(10)
“dikjarazzjoni” tfisser kwalunkwe stqarrija bil-miktub li ssir f'konformità ma' dan ir-Regolament taħt ir-responsabbiltà unika ta' persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament u li tikkonferma li r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u li huma relatati ma' persuna ġuridika jew fiżika, prodott, part, tagħmir mhux installat, tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, sistema tal-ATM/ANS, kostitwent tal-ATM/ANS jew apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir qed jiġu rispettati;
(11)
“entità kwalifikata” tfisser persuna ġuridika jew fiżika akkreditata li tista' tiġi fdata b'ċerti kompiti ta' ċertifikazzjoni jew ta' sorveljanza skont dan ir-Regolament, mill-Aġenzija u minn awtorità nazzjonali kompetenti u taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħhom;
(12)
“ċertifikat” tfisser kwalunkwe ċertifikat, approvazzjoni, liċenzja, awtorizzazzjoni, attestazzjoni jew dokument ieħor li nħareġ bħala r-riżultat ta' ċertifikazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
(13)
“operatur ta' inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera jew tipproponi li topera inġenju tal-ajru wieħed jew aktar;
(14)
“operatur ta' ajrudrom” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li topera jew tipproponi li topera ajrudrom wieħed jew aktar;
(15)
“apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir” tfisser kwalunkwe tip ta' apparat li fih jiġu simulati fl-art il-kondizzjonijiet tat-titjir, inklużi simulaturi tat-titjir, apparati ta' taħriġ tat-titjir, apparat għat-taħriġ tal-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni u apparat bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti;
(16)
“ajrudrom” tfisser żona definita, fuq l-art jew fuq l-ilma, fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta jew fuq wiċċ l-ilma, inkluż kwalunkwe bini, installazzjoni u tagħmir fuqha, li hija intenzjonata biex tintuża kompletament jew parzjalment għall-wasla, għall-inżul, għat-tluq u għall-moviment fuq is-superfiċje ta' inġenju tal-ajru;
(17)
“tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza” tfisser kwalunkwe strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jintuża jew li huwa intenzjonat biex jintuża biex jikkontribwixxi għall-operazzjoni sikura ta' inġenju tal-ajru f'ajrudrom;
(18)
“rampa” tfisser żona definita ta' ajrudrom intenzjonata biex takkomoda inġenju tal-ajru għall-finijiet ta' tagħbija jew ta' ħatt tal-passiġġieri, tal-bagalji, tal-posta jew tal-merkanzija, ta' mili bil-fjuwil, ta' parkeġġ jew ta' manutenzjoni;
(19)
“servizz ta' ġestjoni tar-rampa (AMS)” tfisser servizz provdut biex jiġu regolati l-attivitajiet u l-moviment tal-inġenji tal-ajru u tal-vetturi fuq rampa;
(20)
“servizz ta' informazzjoni dwar it-titjir” tfisser servizz ipprovdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli biex it-titjiriet jitwettqu b'mod sikur u effiċjenti;
(21)
“traffiku ġenerali tal-ajru” tfisser il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili kif ukoll tal-inġenji tal-ajru tal-istat f'konformità mal-proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”);
(22)
(23)
“servizz fuq l-art” tfisser kwalunkwe servizz ipprovdut fl-ajrudromi li jinkludi attivitajiet relatati mas-sikurezza fl-oqsma tas-superviżjoni fuq l-art, id-dispaċċ tat-titjiriet u l-kontroll tat-tagħbija, l-immaniġġar tal-passiġġieri, l-immaniġġar tal-bagalji, l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta, l-immaniġġar tar-rampa, is-servizzi tal-inġenji tal-ajru, l-immaniġġar tal-fjuwil u ż-żejt u t-tagħbija ta' ikel. Dan jinkludi l-każ fejn l-operaturi ta' inġenju tal-ajru jipprovdu dawk is-servizzi fuq l-art għalihom stess (awtoforniment ta' servizzi);
(24)
“trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser l-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru għat-trasport ta' passiġġieri, merkanzija jew tal-posta bi ħlas jew b'kunsiderazzjoni oħra ta' valur;
(25)
“prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser kisba ta' sikurezza tal-Unjoni, ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni, kif definit mill-miri u mill-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom;
(26)
“indikatur tal-prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser parametru li jintuża għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza;
(27)
“mira tal-prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser objettiv ippjanat jew maħsub għall-konformità mal-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tul perijodu ta' żmien partikolari;
(28)
“inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe inġenju li jista' jikseb appoġġ fl-atmosfera permezz tar-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-reazzjonijiet tal-arja mas-superfiċje tad-dinja;
(29)
“tagħmir mhux installat” tfisser kwalunkwe strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jinġarr abbord inġenju tal-ajru mill-operatur ta' inġenju tal-ajru, li ma jkunx part, u li jintuża jew ikun intenzjonat biex jintuża fl-operazzjoni jew il-kontroll ta' inġenju tal-ajru, jappoġġa s-sopravivenza tal-okkupanti, jew li jista' jkollu impatt fuq l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru;
(30)
“inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitħaddem jew maħsub biex jitħaddem mingħajr bdot abbord;
(31)
“pilota mill-bogħod” tfisser persuna fiżika responabbli milli jmexxi b'mod sikur it-titjir ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord billi jħaddem il-kontrolli ta' titjir tagħhom, jew manwalment inkella, meta l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir awtomatikament, billi jissorvelja r-rotta tiegħu u jibqa' kapaċi jintervjeni u jbiddel ir-rotta f'kwalunkwe ħin;
(32)
“tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod” tfisser kwalunkwe strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, dritt, software jew aċċessorju li huwa meħtieġ għall-operazzjoni sikura ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li ma jkunx part, u li ma jistax jinġarr abbord l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;
(33)
“spazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew” tfisser spazju tal-ajru fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, kif ukoll kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (UE) 2024/2803 f’konformità mal-Artikolu 1(4) ta’ dak ir-Regolament;
(34)
“awtorità kompetenti nazzjonali” tfisser entità waħda jew aktar deżinjata minn Stat Membru u li jkollha s-setgħat meħtieġa u r-responsabbiltajiet allokati għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|