+Artikolu 4 1.

Artikolu 4 1.

Meta jadottaw miżuri skont dan ir-Regolament il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jirriflettu l-ogħla livell u l-aqwa prattiki fil-qasam tal-avjazzjoni, u jqisu l-esperjenza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha u l-progress xjentifiku u tekniku fl-oqsma rispettivi;

(b) 

jibnu fuq l-aqwa evidenza u analiżi disponibbli;

(c) 

iħallu lok għal reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' aċċidenti, inċidenti serji u ta' ksur intenzjonali tas-sigurtà;

(d) 

iqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni, iċ-ċibersigurtà u oqsma tekniċi oħra ta' regolamentazzjoni tal-avjazzjoni;

(e) 

jistabbilixxu, fejn possibbli, ir-rekwiżiti u l-proċeduri b'tali mod li jkunu bbażati fuq il-prestazzjoni u jiffokaw fuq l-objettivi li għandhom jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti biex tinkiseb il-konformità ma' dawk l-objettivi bbażati fuq il-prestazzjoni;

(f) 

jippromwovu l-kooperazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi bejn l-awtoritajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

(g) 

jieħdu miżuri mhux vinkolanti, inklużi azzjonijiet ta' promozzjoni tas-sikurezza, meta dan ikun possibbli;

(h) 

iqisu d-drittijiet u l-obbligi internazzjonali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż dawk skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.