|
+Artikolu 11 Disinn tal-prodotti |
Artikolu 11 Disinn tal-prodottiArtikolu 11 Disinn tal-prodotti Id-disinn ta' prodott għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħareġ b'ċertifikat tat-tip. Bidliet għal dak id-disinn għandhom ikunu wkoll soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u għandhom jirriżultaw fil-ħruġ ta' ċertifikat tal-bidliet, inkluż f'ċertifikati tat-tip supplimentari. Id-disinni tat-tiswija għandhom ikunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u għandhom jinħarġu b'approvazzjoni. Approvazzjoni għandha tinħareġ fir-rigward tad-data tal-adegwatezza operazzjonali assoċjata ma' disinn tat-tip. Dik l-approvazzjoni għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat ristrett tat-tip imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1), kif applikabbli. Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet, dik l-approvazzjoni tad-disinni tat-tiswija u dik l-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operazzjonali għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-punt (b) (i) u (ii) tal-Artikolu 19(1), kif applikabbli, u li d-disinn tal-prodott ma jkollu l-ebda aspett jew karatteristika li tagħmlu mhux kompatibbli mal-ambjent jew mhux sikur għat-tħaddim. Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet, dik l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija u dik l-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operazzjonali jistgħu jinħarġu wkoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat il-privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati jew l-approvazzjonijiet skont l-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda ċertifikat separat tat-tip għad-disinn tal-magni u tal-iskrejjen li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta' inġenju tal-ajru f'konformità ma' dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|